IT-TORRI TAL-GĦASSA—EDIZZJONI GĦALL-ISTUDJU Settembru 2014

Din il-ħarġa fiha l-artikli għall-istudju mis-27 t’Ottubru sat-30 taʼ Novembru 2014.

Qiegħed int ‘tirsisti’?

Kif tistaʼ tagħmel dan b’mod xieraq?

Konvint int li għandek il-verità? Għala?

Dan l-artiklu se jiddiskuti xi raġunijiet għala ħafna nies jammettu li x-Xhieda taʼ Ġeħova għandhom il-verità. Se nikkunsidraw ukoll għala x-Xhieda nfushom huma konvinti li għandhom il-verità.

Aqdi lil Alla lealment minkejja “ħafna tribulazzjonijiet”

Kulħadd jesperjenza tribulazzjonijiet minħabba li ngħixu fid-dinja taʼ Satana. X’inhuma xi metodi li juża Satana biex jattakkana? Kif nistgħu nħejju ruħna għalihom?

Ġenituri—Irgħu lil uliedkom

Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà li jrabbu lil uliedhom “fid-dixxiplina u l-gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efesin 6:4) Dan l-artiklu jiddiskuti tliet modi kif il-ġenituri jistgħu jirgħu lil uliedhom u jgħinuhom iħobbu lil Ġeħova.

Mistoqsijiet mill-qarrejja

Dak li tgħid il-Bibbja f’Salm 37:25 u Mattew 6:33, ifissru li Ġeħova qatt mhu se jippermetti li Kristjan ibati l-ġuħ?

Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn

Il-mewt u dak li jwassal għaliha jġibu sofferenza kbira. In-nies għala jmutu? Il-mewt, l-aħħar għadu, kif se tinġieb fix-xejn? (1 Korintin 15:26) Ara kif it-tweġibiet jenfasizzaw il-ġustizzja, l-għerf, u speċjalment l-imħabba taʼ Ġeħova.

Żomm f’moħħok lil dawk fis-servizz fultajm

Ħafna aduraturi taʼ Ġeħova jaħdmu iebes fis-servizz fultajm. X’nistgħu nagħmlu biex ‘inżommu f’moħħna l-għemil li ġej mill-fidi u t-taħbit bl-imħabba’ tagħhom?—1 Tessalonikin 1:3.