Għala Nitolbu f’Isem Ġesù?
Għala Nitolbu f’Isem Ġesù?
ĠESÙ taʼ spiss kien jgħallem dwar it-talb. Fi żmienu, il-mexxejja reliġjużi Lhud kienu jitolbu “fil-kantunieri tat-toroq prinċipali.” Għala? “Sabiex jarawhom in-nies.” Jidher ċar li dawn riedu li jkunu ammirati għall-qdusija tagħhom. Huma kienu jitolbu talb fit-tul u ripetut bħallikieku kien neċessarju li “jużaw ħafna kliem” sabiex it-talb jinstemaʼ. (Mattew 6:5-8) Ġesù kixef li prattiċi bħal dawn kienu għal xejn, u b’hekk għen lil dawk l-individwi sinċieri biex ikunu jafu x’għandhom jevitaw meta jitolbu. Madankollu, hu m’għallimhomx biss kif m’għandhomx jitolbu.
Ġesù għallem li t-talb tagħna għandu jesprimi x-xewqa tagħna biex naraw l-isem t’Alla jiġi mqaddes, biex tiġi s-Saltna Tiegħu, u biex isseħħ ir-rieda Tiegħu. Ġesù għallem ukoll li jkun xieraq li nitolbu lil Alla biex jgħinna fil-bżonnijiet persunali tagħna. (Mattew 6:9-13; Luqa 11:2-4) Permezz taʼ tixbihat, Ġesù wera li aħna għandna bżonn il-persistenza, il-fidi, u l-umiltà jekk irridu li talbna jinstemaʼ. (Luqa 11:5-13; 18:1-14) U hu saħħaħ it-tagħlim tiegħu bl-eżempju tiegħu stess.—Mattew 14:23; Marku 1:35.
Bla dubju din l-istruzzjoni għenet lid-dixxipli taʼ Ġesù biex itejbu l-kwalità tat-talb tagħhom. Madankollu, Ġesù stenna sa l-aħħar lejl tiegħu fuq l-art ħalli jipprovdi lid-dixxipli tiegħu l-iktar lezzjoni importanti dwar it-talb.
“Bidla Kbira fl-Istorja tat-Talb”
Ġesù qattaʼ l-maġġorparti mill-aħħar lejl tiegħu jinkuraġġixxi lill-appostli leali tiegħu. Dan kien il-ħin opportun biex jirrivela xi ħaġa ġdida. Ġesù qal: “Jien it-triq, il-verità, u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi.” Iktar tard hu tahom wegħda rassiguranti: “Kulma titolbu f’ismi, jien nagħmlu, sabiex il-Missier jiġi glorifikat permezz taʼ l-Iben. Jekk titolbu xi ħaġa f’ismi, nagħmilha.” Fl-għeluq tad-diskussjoni tiegħu, hu qal: “S’issa għadkom ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.”—Ġwanni 14:6, 13, 14; 16:24.
Dan il-kliem kien taʼ importanza primarja. Xogħol wieħed taʼ referenza jiddeskrivi dan bħala “l-bidla kbira fl-istorja tat-talb.” Ġesù ma riedx ifisser li t-talb jiġi indirizzat lilu minflok lil Alla. Pjuttost, hu kien qed jiftaħ triq ġdida kif tavviċina lil Ġeħova.
Fir-realtà, Alla dejjem semaʼ t-talb tal-qaddejja leali tiegħu. (1 Samwel 1:9-19; Salm 65:3, 4a [65:2, NW]) Madankollu, sa minn meta l-Iżraelin saru l-poplu f’patt m’Alla, dawk li riedu li t-talb tagħhom jinstemaʼ kellhom jirrikonoxxu li Iżrael kien il-ġens magħżul t’Alla. U iktar tard, minn żmien Salamun, huma kellhom jirrikonoxxu li t-tempju kien il-post li għażel Alla għas-sagrifiċċju. (Dewteronomju 9:29; 2 Kronaki 6:32, 33) Madankollu, dan il-mod taʼ qima kien biss temporanju. Bħalma kiteb l-appostlu Pawlu, il-Liġi mogħtija lil Iżrael u s-sagrifiċċji offruti fit-tempju kienu “biss dell taʼ l-affarijiet li għandhom jiġu, imma mhux ir-realtà tagħhom.” (Ebrej 10:1, 2) Id-dell kellu jinbidel f’realtà. (Kolossin 2:17) Sa mis-sena 33 E.K., ir-relazzjoni taʼ individwu maʼ Ġeħova ma kinitx tiddependi milli jżomm mal-Liġi Mosajka. Minflok, din kienet ibbażata fuq l-ubbidjenza lejn dak il-wieħed li l-Liġi kienet tipponta lejh—Kristu Ġesù.—Ġwanni 15:14-16; Galatin 3:24, 25.
Isem “fuq Kull Isem Ieħor”
Ġesù stabbilixxa bażi superjuri biex navviċinaw lil Ġeħova. Hu identifika lilu nnifsu bħala ħabib li għandu l-qawwa, wieħed li jiftaħ it-triq għat-talb tagħna biex jinstemaʼ u jitwieġeb minn Alla. X’jagħmilha possibbli għal Ġesù biex jaġixxi għan-nom tagħna?
Ladarba lkoll kemm aħna twelidna fid-dnub, l-ebda ħaġa li nwettqu jew sagrifiċċji li Rumani 3:20, 24; Ebrej 1:3, 4) Madankollu, Ġesù offra l-ġisem uman u perfett tiegħu stess u ħallas għad-dnubiet taʼ l-umanità li setgħet tiġi mifdija. (Rumani 5:12, 18, 19) Issa dawk kollha li jixtiequ jitnaddfu minn dnubiethom għandhom l-opportunità li jakkwistaw din il-qagħda quddiem Ġeħova u jgawdu “il-libertà tal-kelma” quddiem Alla—iżda dan hu possibbli biss jekk huma jeżerċitaw fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù u jitolbu f’ismu.—Efesin 3:11, 12.
noffru ma jistgħu jnaddfuna mit-tebgħa tad-dnub jew jagħtuna d-dritt biex ikollna relazzjoni maʼ l-Alla qaddis tagħna, Ġeħova. (Meta aħna nitolbu f’isem Ġesù, inkunu qegħdin nuru l-fidi tagħna f’minn taʼ l-inqas tliet aspetti taʼ l-irwol tiegħu f’li jwettaq l-iskop t’Alla: (1) Hu “l-Ħaruf t’Alla,” li s-sagrifiċċju tiegħu jipprovdilna l-bażi għall-maħfra tad-dnubiet. (2) Hu ġie rxoxtat minn Ġeħova u issa qed jaqdi bħala l-“qassis il-kbir” f’li jamministra l-benefiċċji tal-fidwa. (3) Hu biss huwa “t-triq” biex navviċinaw lil Ġeħova bit-talb.—Ġwanni 1:29; 14:6; Ebrej 4:14, 15.
Ġesù jiġi onorat meta jsir talb f’ismu. Unur bħal dan huwa xieraq, għaliex ir-rieda taʼ Ġeħova hi li “f’isem Ġesù tintlewa kull irkoppa . . . , u kull ilsien jistqarr quddiem kulħadd li Ġesù Kristu hu Mulej għall-glorja t’Alla l-Missier.” (Filippin 2:10, 11) Madankollu, iktar importanti, it-talb f’isem Ġesù jigglorifika lil Ġeħova, il-wieħed li ta lil Ibnu għall-benefiċċju tagħna.—Ġwanni 3:16.
Sabiex inkunu nistgħu nifhmu l-kobor tal-pożizzjoni taʼ Ġesù, il-Bibbja tuża diversi titli u ismijiet biex tiddeskrivih. * Dawn jgħinuna nifhmu l-benefiċċji kbar li se jkollna fuq il-bażi taʼ dak li Ġesù diġà wettaq, dak li qed iwettaq, u dak li għad iwettaq iktar ’il quddiem għan-nom tagħna. (Ara l-kaxxa “L-Irwol Vitali taʼ Ġesù.”) Tabilħaqq, Ġesù ngħata “isem li hu fuq kull isem ieħor.” Kull awtorità fis-sema u fuq l-art ġiet mogħtija lilu.—Filippin 2:9; Mattew 28:18.
Iktar minn Sempliċi Drawwa
Iva, aħna rridu noffru t-talb tagħna f’isem Ġesù jekk irridu li Ġeħova jismaʼ Ġwanni 14:13, 14) Iżda qatt ma rridu nirripetu l-frażi “f’isem Ġesù” sempliċement bħala drawwa. Għala le?
talbna. (Ikkunsidra din it-tixbiha. Meta tirċievi ittra mingħand xi negozjant, din għandha mnejn tispiċċa bil-kliem tas-soltu “dejjem tiegħek.” Tħossok int li din hi espressjoni ġenwina taʼ kif iħossu n-negozjant, jew qiegħed biss juża l-etikett li s-soltu jintuża f’ittra? Verament, li nużaw l-isem taʼ Ġesù fit-talb tagħna jeħtieġ li jkun iktar sinifikanti minn xi għeluq formali taʼ ittra mingħand xi negozjant. Għalkemm rridu ‘nitolbu bla heda,’ irridu nagħmlu dan ‘b’qalbna kollha,’ u mhux b’mod mekkaniku.—1 Tessalonikin 5:17; Salm 119:145.
Kif tistaʼ tevita li tuża l-frażi “f’isem Ġesù” bħala espressjoni taʼ rutina? Għala ma timmeditax fuq il-kwalitajiet taʼ Ġesù li tant iqawwu l-qalb? Aħseb dwar dak li hu diġà għamel u lest li jagħmel għalik. Fit-talb, irringrazzja lil Ġeħova u faħħru għall-mod meraviljuż kif uża lil Ibnu. Hekk kif tagħmel dan, int se tkun iktar fiduċjuż fil-wegħda taʼ Ġesù: “Jekk titolbu xi ħaġa lill-Missier, jagħtihielkom f’ismi.”—Ġwanni 16:23.
[Nota taʼ taħt]
^ par. 14 Skond il-Vine’s Expository Dictionary of New Testament Words, il-kelma Griega tradotta “isem” tistaʼ tirreferi għal “dak kollu li l-isem jimplika, awtorità, karattru, pożizzjoni, maestà, qawwa, [u] eċċellenza.”
[Kumment f’paġna 13]
Aħna għandna nitolbu ‘b’qalbna kollha,’ mhux b’mod mekkaniku
[Kaxxa/Stampa f’paġna 14]
L-IRWOL VITALI TAʼ ĠESÙ
Biex tifhem sew l-irwol taʼ Ġesù, ikkunsidra xi ftit mit-titli, deskrizzjonijiet, u ismijiet li japplikaw għalih.
L-Aġent Ewlieni tal-Ħajja.—Atti 3:15.
L-Aħħar Adam.—1 Korintin 15:45.
Alla Setgħan.—Isaija 9:6.
L-Amen.—2 Korintin 1:19, 20; Rivelazzjoni 3:14.
Appostlu.—Ebrej 3:1.
Bin il-Bniedem.—Mattew 8:20.
Emmanuwel.—Mattew 1:23.
Għalliem.—Ġwanni 13:13.
Il-Ħaruf t’Alla.—Ġwanni 1:29.
L-Iben t’Alla.—Ġwanni 1:34.
Imħallef.—Atti 10:42.
Kap tal-Kongregazzjoni. —Efesin 5:23.
Il-Kelma.—Ġwanni 1:1.
Kristu/Messija.—Mattew 16:16; Ġwanni 1:41.
Kunsillier taʼ l-Għaġeb.—Isaija 9:6.
Medjatur.—1 Timotju 2:5.
Mexxej.—Mattew 23:10.
Mikiel l-Arkanġlu.—1 Tessalonikin 4:16; Ġuda 9.
Missier għal Dejjem.—Isaija 9:6.
Mulej.—Ġwanni 13:13.
Prinċep tas-Sliem.—Isaija 9:6.
Qassis il-Kbir.—Ebrej 4:14, 15.
Ragħaj mill-Aħjar.—Ġwanni 10:11.
Salvatur.—Luqa 2:11.
Sultan.—Rivelazzjoni 11:15.
Xhud Leali.—Rivelazzjoni 1:5.