Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Pjan Qattiel Ikollu Riżultat Oppost!

Pjan Qattiel Ikollu Riżultat Oppost!

Għaż-​Żgħażagħ Tagħna

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dawn il-​ġrajjiet. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri prinċipali. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

ANALIZZA X-​XENA.—AQRA DANJEL 6:1-28.

X’taħseb? X’tip taʼ raġel huwa Darju? Int u timmaġinah iddeskrivi l-​apparenza fiżika tiegħu. Meta timmaġinah qed jitkellem, liema ton taħseb li għandu f’leħnu? (Erġaʼ aqra versi 14, 16, 18-20.)

․․․․․

Kif inhi l-​ħofra, u kieku int kif tiddeskrivi l-​iljuni? ․․․․․

Iddeskrivi x’timmaġina li ġara matul l-​ewwel ftit minuti wara li l-​ħofra taʼ l-​iljuni ngħalqet b’Danjel fiha.

․․․․․

ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

L-​uffiċjali taʼ Darju għala kienu jgħiru għal Danjel? (Erġaʼ aqra vers 3.)

․․․․․

Danjel għala għażel li jitlob fejn setaʼ jarah kulħadd meta setaʼ jagħmel dan fil-​moħbi? (Erġaʼ aqra versi 10, 11.)

․․․․․

Lil Darju għala setgħet għoġbitu l-​liġi li ġiet suġġerita dwar it-​talb? (Erġaʼ aqra vers 7.)

․․․․․

APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB DAK LI TGĦALLIMT DWAR . . .

Li turi kuraġġ minkejja l-​oppożizzjoni.

․․․․․

L-​importanza tat-​talb.

․․․․․

Kif Ġeħova jieħu ħsieb lill-​qaddejja leali tiegħu.

․․․․․

LIEMA ASPETTI MINN DAN IR-​RAKKONT QANQLUK L-​IKTAR, U GĦALA?

․․․․․