Ġesù Jirreżisti t-Tentazzjoni
Għaż-Żgħażagħ Tagħna
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-ġrajja. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Ħoss l-emozzjonijiet tal-karattri prinċipali.
ANALIZZA X-XENA.—AQRA MATTEW 4:1-11.
Iddeskrivi x-xagħri fejn Ġesù qattaʼ 40 jum.
․․․․․
Liema ton tinnota fil-leħen tat-Tentatur? fil-leħen taʼ Ġesù?
․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Satana kif wera li jieħu vantaġġ mis-sitwazzjoni għall-benefiċċju tiegħu stess? (Erġaʼ aqra vers 2.)
․․․․․
Għala x-Xitan mhux biss offra lil Ġesù s-saltniet kollha tad-dinja imma wkoll “il-glorja tagħhom”? (Erġaʼ aqra vers 8.)
․․․․․
Satana għala għandu mnejn għażel li jittanta lil Ġesù billi offrilu l-opportunità li jaħkem id-dinja?
․․․․․
(a) X’turi kull waħda mit-tentazzjonijiet taʼ Satana dwar il-ħsibijiet tiegħu? ․․․․․
(b) Għall-kuntrarju, x’turi kull waħda mit-tweġibiet taʼ Ġesù? ․․․․․
APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Meta x’aktarx li jiġu t-tentazzjonijiet.
․․․․․
Il-metodi differenti li jistaʼ juża Satana biex jittantana.
․․․․․
Kif tistaʼ tkun determinat biex tirreżisti t-tentazzjoni.
․․․․․
LIEMA ASPETT MINN DAN IR-RAKKONT HU L-IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK U GĦALA?
․․․․․