Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-Irxoxt taʼ Lazzru

L-Irxoxt taʼ Lazzru

Għaż-​Żgħażagħ Tagħna

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri prinċipali.

ANALIZZA X-​XENA.—AQRA ĠWANNI 11:1-45.

Liema emozzjoni(jiet) tara f’Marta meta taqra vers 21 u f’Marija meta taqra vers 32?

․․․․․

Kif timmaġina lil Ġesù juri l-​emozzjonijiet qawwijin tiegħu bħalma huma deskritti fil-​versi 33 u 35?

․․․․․

Ipprova immaġina kif kont tħossok li kieku esperjenzajt dak li hemm miktub fil-​versi 43 u 44—kemm mill-​ħarsa taʼ Lazzru kif ukoll mill-​ħarsa taʼ l-​oħrajn li kienu preżenti.

ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Betanja kienet jumejn vjaġġ minfejn kien Ġesù. Allura, Ġesù għala ddeċieda li jdum biex imur? (Erġaʼ aqra vers 6.)

․․․․․

Il-​Bibbja kif tindika li kemm Marija u kemm Marta kienu interessati fl-​affarijiet spiritwali? (Luqa 10:38, 39; Ġwanni 11:24)

․․․․․

Ġesù għala rxoxta n-​nies, minkejja li kienu se jerġgħu jmutu? (Marku 1:41, 42; Ġwanni 5:28, 29; 11:45)

․․․․․

APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Kemm Ġesù kien lest li jqajjem il-​mejtin u dwar l-​abbiltà tiegħu li jagħmel dan.

․․․․․

Il-​mogħdrija li wera Ġesù għal dawk li jitnikktu.

․․․․․

MAʼ MIN TIXTIEQ TILTAQAʼ JEW TERĠAʼ TINGĦAQAD FL-​IRXOXT?

․․․․․

LIEMA ASPETT F’DAN IR-​RAKKONT HU L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK U GĦALA?

․․․․․