Raġel li Kellu l-Fidi fil-Wegħdi t’Alla
Għaż-Żgħażagħ Tagħna
Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-ġrajja. Ġib ix-xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-nies jitkellmu. Ħoss l-emozzjonijiet tal-karattri prinċipali.
ANALIZZA X-XENA.—AQRA ĠENESI 12:1-4; 18:1-15; 21:1-5; 22:15-18.
Iddeskrivi kif setaʼ ħassu Abraham meta semaʼ l-wegħda t’Alla li hu kellu jkun l-antenat taʼ “nisel” li d-dinja kollha kellha tibbenefika minnu.
․․․․․
Kif timmaġina lit-tliet viżitaturi deskritti f’Ġenesi 18:2?
․․․․․
Kif timmaġina l-attività deskritta f’Ġenesi 18:6-8? (Żomm f’moħħok li dak iż-żmien Abraham kellu madwar 100 sena.)
․․․․․
ĦAFFER IKTAR FIL-FOND.
Kemm għadda żmien minn meta Ġeħova wiegħed iben lil Abraham sa meta twieled Iżakk? (Erġaʼ aqra Ġenesi 12:4 u 21:5.)
․․․․․
Ġeħova liema assiguranzi tah lil Abraham matul l-istennija tiegħu? (Aqra Ġenesi 12:7;13:14-17; 15:1-5, 12-21; 17:1, 2, 7, 8, 15, 16.)
․․․․․
X’għamel Ġeħova għal Abraham meta Abraham wera li ma kienx ċert li se jkollu iben? (Erġaʼ aqra Ġenesi 15:3-5, 12-21.)
․․․․․
Ġeħova kif kixef dettalji bil-mod il-mod dwar in-“nisel”?
․․․․․
APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .
Il-bżonn tal-fidi fil-wegħdi t’Alla.
․․․․․
Il-mod kif Ġeħova bil-mod il-mod jikxef x’inhi r-rieda tiegħu.
․․․․․
LIEMA ASPETT F’DAN IR-RAKKONT HU L-IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?
․․․․․