Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Intilfet il-Ġenna tal-Art

Kif Intilfet il-Ġenna tal-Art

Għaż-​Żgħażagħ Tagħna

Kif Intilfet il-​Ġenna tal-​Art

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet fejn tistaʼ tikkonċentra. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ n-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

ANALIZZA X-​XENA.—AQRA ĠENESI 3:1-​24.

Kif timmaġina li rreaġixxiet għall-​ewwel Eva meta s serp beda jkellimha?

․․․․․

Meta tqis li Adam u Eva dinbu għax riedu, kif taħseb li ħassewhom, bħalma nsibu fil-​versi 7-​10?

․․․․․

Kif timmaġina li kienet it-​tkeċċija taʼ Adam u Eva mill-​ġnien tal-​Għeden, bħalma hu deskritt fil-​versi 22-​24?

․․․․․

ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Għajnejn Eva kif wassluha għar-​rovina? (Erġaʼ aqra vers 6.)

․․․․․

Eva għala bdiet tqis il-​frott bħala li “jiġbed l-​għajn”? (Erġaʼ aqra versi 4 u 5.)

․․․․․

X’setaʼ ġiegħel lil Adam jissieħeb maʼ Eva fid-​dnub? (Erġaʼ aqra vers 6.)

․․․․․

Id-​dnub kif kien se jeffettwa ħażin ir-​relazzjoni bejn l-​irġiel u n-​nisa fil-​ġenerazzjonijiet futuri? (Erġaʼ aqra vers 16.)

․․․․․

Kif kien evidenti li eżatt wara d-​dnub ir-​relazzjoni taʼ bejn Adam u Eva saret diffiċli? (Erġaʼ aqra vers 12.)

․․․․․

Ġeħova kif sab immedjatament soluzzjoni għall-​problema sabiex l-​iskop tiegħu jirnexxi? (Erġaʼ aqra vers 15.)

․․․․․

APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

Il-​perikli li jġib miegħu spirtu taʼ indipendenza.

․․․․․

Kif l-​għajnejn jistgħu jqanqlu xewqat ħżiena.

․․․․․

Kemm ma jiswa għal xejn li nwaħħlu f’oħrajn għall-​iżbalji tagħna.

․․․․․

LIEMA ASPETT MINN DAN IR-​RAKKONT QANQLEK L-​IKTAR, U GĦALA?

․․․․․