Dak li Ġesù Għallem Dwar Alla
Dak li Ġesù Għallem Dwar Alla
“L-uniku wieħed li verament jaf lill-Missier hu l-Iben. Imma l-Iben irid jgħid lil oħrajn dwar il-Missier, sabiex huma jsiru jafuh ukoll.”—LUQA 10:22, CONTEMPORARY ENGLISH VERSION.
QABEL ma sar bniedem, l-ewwel Iben imwieled t’Alla qattaʼ snin bla għadd fi sħubija mill-qrib maʼ Missieru. (Kolossin 1:15) B’hekk, l-Iben sar jaf il-ħsibijiet, is-sentimenti, u l-modi taʼ Missieru. Meta dan l-Iben iktar tard ġie fuq l-art bħala r-raġel Ġesù, hu kien ħerqan biex jgħallem il-verità dwar Missieru. Nistgħu nitgħallmu ħafna dwar Alla billi nagħtu widen għal dak li dan l-Iben kellu xi jgħid.
L-isem t’Alla L-isem divin, Ġeħova, kien tal-akbar importanza għal Ġesù. Dan l-Iben maħbub ried li oħrajn ikunu jafu u jużaw isem Missieru. L-istess isem Ġesù jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.” Fil-lejl taʼ qabel ma miet, Ġesù setaʼ jgħid f’talba lil Ġeħova: “Għarrafthom ismek.” (Ġwanni 17:26) Ma nistagħġbux li Ġesù uża l-isem t’Alla u għamlu magħruf lil oħrajn. Fuq kollox, is-semmiegħa taʼ Ġesù kif setgħu jifhmu l-verità dwar Ġeħova mingħajr ma saħansitra jkunu jafu Ismu u x’jirrappreżenta? a
L-imħabba kbira t’Alla Ġesù darba minnhom f’talba qal lil Alla: “Missier, . . . ħabbejtni qabel it-tisjis tad-dinja.” (Ġwanni 17:24) Peress li kien esperjenza l-imħabba t’Alla fis-sema, Ġesù, meta kien fuq l-art, fittex li jirrivela dik l-imħabba bil-ħafna aspetti sbieħ tagħha.
Ġesù wera li l-imħabba taʼ Ġeħova hi bla limitu. Ġesù qal: “Alla tant ħabb lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) Il-kelma Griega tradotta “dinja” ma tfissirx “l-art.” Kif inhi użata hawnhekk, tirreferi għall-bnedmin—fil-fatt, għall-umanità kollha. Tant hi kbira l-imħabba t’Alla għall-familja umana li hu ta l-iktar Iben prezzjuż tiegħu sabiex bnedmin leali jkunu jistgħu jinħelsu mill-qabda tad-dnub u l-mewt u jkollhom il-prospett taʼ ħajja taʼ dejjem. Lanqas biss nistgħu nibdew nifhmu l-kobor taʼ mħabba kbira bħal din.—Rumani 8:38, 39.
Ġesù afferma verità li tqawwi l-qalb: Ġeħova jħobb profondament lill-aduraturi tiegħu bħala individwi. Ġesù għallem li Ġeħova hu bħal ragħaj li għalih kull waħda min-nagħaġ tiegħu hi differenti u prezzjuża. (Mattew 18:12-14) Ġesù qal li lanqas għasfur tal-bejt wieħed ma jaqaʼ fl-art mingħajr ma jkun jaf Ġeħova. Ġesù żied: “Saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud.” (Mattew 10:29-31) Jekk Ġeħova għandu l-abbiltà li jinduna li għasfur tal-bejt wieħed hu nieqes minn bejta partikulari, kemm iktar mela hu josserva u jieħu ħsieb kull aduratur uman tiegħu? Jekk kull xagħra taʼ rasna tistaʼ tingħadd u tiġi notata minn Ġeħova, allura hemm xi dettall dwar ħajjitna—il-bżonnijiet, it-taqbid, u l-ansjetajiet tagħna—li ma jistax ikun jaf dwaru?
Missier tas-sema Bħalma rajna fl-artiklu taʼ qabel, Ġesù hu l-Iben uniġenitu t’Alla. Mhux taʼ b’xejn li dan l-Iben maħbub spiss indirizza lil Ġeħova u tkellem Dwaru bħala ‘Missieru.’ Fil-fatt, fl-ewwel kliem dokumentat taʼ Ġesù, li qal fit-tempju meta kellu Luqa 2:49) It-terminu “Missier” jidher kważi 190 darba fl-Evanġelji. Ġesù kemm-il darba tkellem dwar Ġeħova bħala “Missierkom,” “Missierna,” u “Missieri.” (Mattew 5:16; 6:9; 7:21) Billi uża dan it-terminu daqstant spiss, Ġesù wera li relazzjoni taʼ mħabba u taʼ fiduċja maʼ Ġeħova tistaʼ tintlaħaq minn bnedmin midinbin u imperfetti.
biss 12-il sena, hu rrefera għal Ġeħova bħala “Missieri.” (Ħanin u lest li jaħfer Ġesù kien jaf li l-bnedmin imperfetti għandhom bżonn il-ħniena abbundanti taʼ Ġeħova. Fil-parabbola tiegħu tal-iben il-ħali, Ġesù xebbah lil Ġeħova maʼ missier li juri mogħdrija u li jaħfer u li jiftaħ idejh biex jilqaʼ lura iben niedem. (Luqa 15:11-32) B’hekk, il-kliem taʼ Ġesù jassigurana li Ġeħova jfittex kwalunkwe tibdil fil-qalb min-naħa taʼ bniedem midneb biex Hu jkollu bażi ħalli juri ħniena. Ġeħova hu ħerqan biex jaħfer lil midneb li jindem. “Ngħidilkom,” spjega Ġesù, “bl-istess mod, ikun hemm iktar ferħ fis-sema minħabba midneb wieħed li jindem milli minħabba disgħa u disgħin bniedem sewwa li m’għandhomx bżonn jindmu.” (Luqa 15:7) Min ma jħossux jinġibed lejn Alla taʼ ħniena bħal dan?
Semmiegħ it-talb Fis-smewwiet qabel ma ġie fuq l-art, Ġesù osserva b’għajnejh stess li Ġeħova hu “Semmiegħ it-talb” u li Hu jitgħaxxaq bit-talb tal-aduraturi leali tiegħu. (Salm 65:2) Għalhekk, matul il-ministeru tiegħu, Ġesù għallem lis-semmiegħa tiegħu kif jitolbu u għal xiex għandhom jitolbu. ‘Toqogħdux tirripetu l-istess ħaġa,’ hu wissa. Hu ħeġġeġ lis-semmiegħa tiegħu biex jitolbu ħalli r-rieda t’Alla tkun “kif fis-sema, ukoll fuq l-art.” Nistgħu nitolbu wkoll għall-ikel taʼ kuljum, biex jinħafrulna dnubietna, u biex nirreżistu t-tentazzjoni. (Mattew 6:5-13) Ġesù għallem li Ġeħova jwieġeb it-talb tal-qaddejja Tiegħu bħalma jagħmel missier, billi jwieġeb it-talb sinċier tagħhom li jkunu għamlu bil-fidi.—Mattew 7:7-11.
Bla dubju, Ġesù fittex li jgħallem il-verità dwar Ġeħova u dwar x’tip t’Alla hu. Imma kien hemm xi ħaġa oħra dwar Ġeħova li Ġesù kien ħerqan li jgħallem—il-mezz li bih Ġeħova se jagħmel bidliet mad-dinja kollha sabiex iwettaq l-iskop Tiegħu għal din l-art u għall-bnedmin li jgħixu fuqha. Fil-fatt, dan l-aspett tal-messaġġ taʼ Ġesù kien it-tema tal-ippritkar tiegħu.
[Nota taʼ taħt]
a L-isem Ġeħova jidher xi 7,000 darba fit-test oriġinali tal-Bibbja. It-tifsir assoċjat maʼ dan l-isem hu “Jien se nsir dak li rrid insir.” (Eżodu 3:14) Alla jistaʼ jsir dak kollu li jikkunsidra li hu neċessarju sabiex iwettaq l-iskop tiegħu. B’hekk, dan l-isem jagħti garanzija li Alla hu dejjem leali lejn l-iskop tiegħu u li dak kollu li jwiegħed se jseħħ.