Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Paċi u Sigurtà Veri—Meta?

Paċi u Sigurtà Veri—Meta?

Taħdita Pubblika Speċjali

Paċi u Sigurtà Veri—Meta?

Il-​bnedmin ilhom eluf taʼ snin ifittxu l-​paċi u s-​sigurtà. Iżda ma rnexxilhomx jiksbu l-​paċi vera. Għala? Il-​Bibbja tagħti żewġ raġunijiet bażiċi għala huwa daqshekk diffiċli li tinkiseb il-​paċi. Il-​Bibbja tinkludi wkoll din l-​assiguranza li tqawwi l-​qalb: Alla wiegħed lill-​umanità li madwar id-​dinja kollha se jkun hawn paċi u sigurtà veri u dejjiema.

Il-​paċi u s-​sigurtà veri kif u meta se jsiru realtà? X’għandek bżonn tagħmel biex tgawdi dawn il-​barkiet? Dawn il-​mistoqsijiet se jiġu mweġbin fit-​taħdita pubblika “Paċi u Sigurtà Veri—Meta?” Din it-​taħdita bbażata fuq il-​Bibbja se tingħata mad-​dinja kollha f’iktar minn 230 pajjiż. F’ħafna mill-​postijiet, din se tingħata fis-​Sala tas-​Saltna lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova nhar il-​Ħadd, 18 taʼ April, 2010. Ix-​Xhieda fl-​inħawi tiegħek se jkunu ferħanin jgħidulek il-​ħin u l-​indirizz. Int mistieden kordjalment li tattendi.