Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ir-4 Profezija. Nuqqas taʼ Mħabba Naturali

Ir-4 Profezija. Nuqqas taʼ Mħabba Naturali

“In-​nies se . . . jkunu neqsin minn affezzjoni normali għall-​familji tagħhom.”—2 TIMOTJU 3:1-​3, God’s Word Bible.

● Chris jaħdem għal grupp li jgħin lil nies li jesperjenzaw vjolenza domestika fit-​Tramuntana taʼ Wales. “Niftakar li daħlet waħda mara li tant kienet ġiet imsawta li lanqas biss stajt nagħrafha mill-​aħħar darba li kont rajtha,” jgħid Chris. “Nisa oħrajn tant huma mkissrin emozzjonalment li lanqas biss jgħollu għajnejhom minn mal-​art.”

X’JURU L-​FATTI? F’pajjiż Afrikan, bejn wieħed u ieħor 1 minn kull 3 nisa ġiet abbużata sesswalment meta kienet għadha tifla. Stħarriġ li sar f’dan l-​istess pajjiż sab li iktar minn terz mill-​irġiel ħassew li kien aċċettabbli li jsawtu lin-​nisa tagħhom. Madankollu, in-​nisa mhumiex l-​uniċi vittmi tal-​vjolenza domestika. Pereżempju, fil-​Kanada, kważi 3 minn kull 10 irġiel ġew imsawtin jew abbużati b’mod ieħor min-​nisa tagħhom.

X’INHI OĠĠEZZJONI KOMUNI? Minn dejjem kien hemm il-​vjolenza domestika. Sempliċement qed tingħata iktar attenzjoni llum milli kienet fil-​passat.

HIJA VALIDA DIN L-​OĠĠEZZJONI? Fi snin reċenti, sirna iktar konxji tal-​vjolenza domestika. Imma dan il-​fatt, naqqas in-​numru taʼ inċidenti taʼ vjolenza domestika? Le, dan ma kienx il-​każ. In-​nuqqas t’affezzjoni naturali hu iktar komuni minn qatt qabel.

INT X’TAĦSEB? Qiegħed jitwettaq it-​2 Timotju 3:1-​3? Veru li ħafna nies għandhom nuqqas t’affezzjoni għall-​familji tagħhom li suppost jiġi b’mod naturali?

Il-​ħames profezija li qed tara titwettaq tinvolvi lil darna, l-​art. Ikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja fuq dan is-​suġġett.

[Kumment f’paġna 7]

“Il-​vjolenza domestika hi magħrufa bħala waħda mill-​iktar delitti fis-​soċjetà li kontinwament ma tiġix rapportata biżżejjed. Bħala medja, mara tiġi msawta mis-​sieħeb tagħha 35 darba qabel ma tikkuntattja lill-​pulizija.”​—RAPPREŻENTANTA TAS-​SERVIZZ TAL-​GĦAJNUNA BIT-​TELEFON GĦALL-​ABBUŻ DOMESTIKU FʼWALES.