Iddefendiet lill-Poplu t’Alla
Imita l-Fidi Tagħhom
ESTER ipprovat tikkalma lilha nfisha hekk kif resqet lejn il-bitħa tal-palazz f’Susan. Ma kinitx xi ħaġa faċli. Il-kastell kien imżejjen bi skulturi mnaqqxin taʼ barrin bil-ġwienaħ, arċieri, u ljuni magħmulin minn briks u miksijin b’lostru kulurit, u kellu kolonni tal-ġebel skanalat u statwi impressjonanti. Kien jinsab fuq pjattaformi kbar ħdejn il-Muntanji Zagros miksijin bis-silġ u kien jagħti għal fuq l-ilmijiet puri tax-Xmara Choaspes. Dan kollu kien ifakkar lil kull viżitatur fil-qawwa immensa tar-raġel li kienet sejra tara, dak li sejjaħ lilu nnifsu “s-sultan il-kbir.” Kien ukoll żewġha.
Żewġha! Kemm kien differenti Aħasweru mit-tip taʼ raġel li kwalunkwe tfajla Lhudija leali għandha mnejn stenniet! a Dan ma imitax eżempji bħal t’Abraham, raġel li bl-umiltà aċċetta d-direzzjoni t’Alla biex jismaʼ minn martu, Sara. (Ġenesi 21:12) Is-sultan ftit li xejn kien jaf dwar l-Alla t’Ester, Ġeħova, jew dwar il-Liġi Tiegħu. Iżda Aħasweru kien jafha sew il-liġi Persjana, inkluż il-liġi li kienet tipprojbixxi l-istess ħaġa li Ester kienet sejra tagħmel. Din x’kienet? Il-liġi kienet tgħid li kull min kien jidher quddiem il-monarka Persjan mingħajr ma jsejjaħlu s-sultan kien ħaqqu l-mewt. Ester ma kinitx ġiet imsejħa, imma xorta waħda kienet sejra għand is-sultan. Hekk kif qorbot lejn il-bitħa taʼ ġewwa, fejn setgħet tidher mit-tron tas-sultan, għandha mnejn ħassitha riesqa lejn mewtha.—Ester 4:11; 5:1.
Għala ħadet riskju bħal dan? U x’nistgħu nitgħallmu mill-fidi taʼ din il-mara rimarkevoli? L-ewwel, ejja naraw kif Ester spiċċat f’din il-pożizzjoni mhix komuni bħala sultana fil-Persja.
“Wiċċha Ħelu”
Ester kienet orfni. Ftit li xejn nafu dwar il-ġenituri li semmewha Ħadassa, kelma Ebrajka għal “riħana,” pjanta sabiħa li tagħmel fjuri bojod. Meta mietu l-ġenituri t’Ester, wieħed mill-qraba tagħha, raġel qalbu tajba jismu Mordekaj, tħassarha. Kien kuġinuha, imma Mordekaj kien ħafna akbar minnha. Lil Ester ħadha f’daru u ttrattaha bħala bintu stess.—Ester 2:5-7, 15.
Mordekaj u Ester għexu bħala eżiljati Lhud f’dik il-belt kapitali Persjana, fejn x’aktarx li kellhom jiffaċċjaw ċerta stmerrija minħabba r-reliġjon tagħhom u l-Liġi li pprovaw isegwu. Imma Ester ċertament li saret eqreb taʼ kuġinuha hekk kif għallimha dwar Ġeħova, l-Alla taʼ ħniena li kien ħeles lill-poplu Tiegħu mill-inkwiet bosta drabi fil-passat—u kien se jerġaʼ jeħilsu. (Levitiku 26:44, 45) B’mod ċar, bejn Ester u Mordekaj żviluppat rabta taʼ mħabba u lealtà.
Milli jidher, Mordekaj kien jaħdem bħala tip t’uffiċjal fil-palazz f’Susan, u spiss kien ikun bilqiegħda f’bieb il-palazz flimkien maʼ qaddejja oħrajn tas-sultan. (Ester 2:19, 21; 3:3) Ma nafux kif it-tfajla Ester kienet tqattaʼ l-ħin tagħha hi u tikber, għalkemm nistgħu ngħidu li ħadet ħsieb kuġinuha, li kien akbar minnha, u daru, li x’aktarx kienet dar żgħira fin-naħa tal-belt li kienet iktar fqira, in-naħa l-oħra tax-xmara mill-palazz irjali. Forsi kienet tieħu gost tmur is-suq f’Susan, fejn arġentieri tad-deheb u tal-fidda, u merkanti oħrajn kienu jbigħu l-prodotti tagħhom. Ester żgur m’għaddilhiex minn moħħha li dawn l-affarijiet lussużi kellhom isiru affarijiet normali għaliha fil-futur; ma kellhiex idea dwar dak li kien hemm jistennieha.
Sultana Titneħħa mill-Kariga Tagħha
Ġurnata minnhom, f’Susan qamet għagħa għax kulħadd kien qed jitkellem dwar l-inkwiet li kien inqalaʼ fid-dar tas-sultan. F’festa kbira, li fiha Aħasweru pprovda ikel u nbid tajjeb għall-irġiel nobbli tiegħu, is-sultan iddeċieda li jsejjaħ lis-sultana sabiħa tiegħu, Vasti, li hi wkoll kienet għamlet ikla kbira għan-nisa. Imma Vasti rrifjutat li tmur. Umiljat u rrabjat ħafna, is-sultan staqsa lil dawk li kienu jagħtuh il-pariri kif għandu jikkastiga lil Vasti. X’kien ir-riżultat? Hi tneħħiet mill-kariga tagħha bħala sultana. Imbagħad il-qaddejja tas-sultan bdew ifittxu madwar l-art kollha għal tfajliet verġni li kienu sbieħ; minn fosthom is-sultan kien se jagħżel sultana ġdida.—Ester 1:1–2:4.
Nistgħu nimmaġinaw lil Mordekaj minn żmien għal żmien iħares b’affezzjoni lejn Ester u jinnota bejn bi kburija u bejn bi tħassib li l-kuġina ż-żgħira tiegħu kienet kibret—u kienet saret sabiħa ħafna. Naqraw: “It-tfajla kienet sabiħa f’suritha u wiċċha ħelu.” (Ester 2:7) Is-sbuħija fiżika hi pjaċevoli, imma trid tkun marbuta mal-għerf u l-umiltà. Inkella, tistaʼ tnissel il-vanità, il-kburija, u kwalitajiet koroh oħrajn. (Proverbji 11:22) Qatt rajt dan jiġri? Fil-każ t’Ester, is-sbuħija x’kienet se tkun—t’għajnuna jew taʼ xkiel? Iż-żmien kellu jagħti parir.
Il-qaddejja tas-sultan innotaw lil Ester. Fit-tfittxija tagħhom firduha minn Mordekaj u ħaduha fil-palazz grandjuż in-naħa l-oħra tax-xmara. (Ester 2:8) Żgur li l-firda kienet diffiċli għalihom it-tnejn, għax kienu bħal missier u bint. Mordekaj ċertament li ma riedx li t-tifla adottata tiegħu tiżżewweġ lil xi ħadd li ma kellux l-istess twemmin, anki jekk kien sultan, imma ma kellux kontroll fuq is-sitwazzjoni. Min jaf kemm Ester semgħet b’attenzjoni l-pariri taʼ Mordekaj qabel ma firduhom! Hekk kif ittieħdet lejn il-kastell taʼ Susan, moħħha kien mimli mistoqsijiet. X’tip taʼ ħajja kien se jkollha?
Intgħoġbot “Minn Kulmin Kien Jaraha”
Ester sabet ruħha f’dinja li kienet ġdida għalkollox u stramba għaliha. Kienet fost Ester 2:8, 12) Ambjent u mod taʼ ħajja bħal dan faċilment setgħu jġiegħlu lil dawn it-tfajliet isiru ossessjonati bid-dehra persunali tagħhom, flimkien mal-vanità u l-kompetizzjoni. Ester kif ġiet effettwata?
“ħafna tfajliet” li kienu nġabru minn ħafna postijiet fl-Imperu Persjan. Id-drawwiet, il-lingwi, u l-attitudnijiet tagħhom żgur li kienu jvarjaw ħafna. It-tfajliet ġew fdati f’idejn uffiċjal jismu Ħegaj, u kellu jsirilhom trattament taʼ sbuħija estensiv, programm taʼ sena sħiħa li kien jinvolvi massaġġi bi żjut ifuħu. (Ħadd ma setaʼ kien iktar konċernat dwar Ester milli kien Mordekaj. Naqraw li jum wara l-ieħor, kien imur viċin kemm jistaʼ jkun tad-dar tan-nisa u jipprova jitkixxef kif kienet Ester. (Ester 2:11) Hekk kif semaʼ xi tagħrif dwarha, forsi mingħand qaddejja fid-dar li kienu lesti jikkooperaw miegħu, hu żgur li ħassu kburi ħafna biha. Għala?
Ester tant impressjonat lil Ħegaj li ttrattaha b’qalb tajba bl-imħabba kbira, u taha sebaʼ tfajliet biex ikunu qaddejja tagħha u l-aqwa post fid-dar tan-nisa. Ir-rakkont saħansitra jgħid: “Sadanittant Ester baqgħet tingħoġob minn kulmin kien jaraha.” (Ester 2:9, 15) Kienet is-sbuħija waħedha se timpressjona lil kulħadd b’mod daqstant profond? Le, Ester ma kinitx biss sabiħa fil-għajn.
Pereżempju, naqraw: “Ester ma kienet qalet xejn dwar il-poplu tagħha u qrabatha, għax Mordekaj stess kien ikkmandaha biex ma titkellimx.” (Ester 2:10) Mordekaj kien wissa lit-tfajla biex tkun diskreta dwar il-wirt Lhudi tagħha; bla dubju ra li fost il-membri rjali Persjani kien hemm ħafna preġudizzju kontra l-poplu tiegħu. Kemm feraħ Mordekaj meta sar jaf li issa, avolja Ester ma kinitx miegħu, xorta waħda wriet l-istess spirtu għaqli u ubbidjenti!
Iż-żgħażagħ illum jistgħu bl-istess mod iferrħu qalb il-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom. Meta l-ġenituri tagħhom ma jkunux qed jarawhom—anki jekk ikunu mdawrin b’nies li huma superfiċjali, immorali, jew kattivi—jistgħu jirreżistu influwenzi ħżiena u jżommu mal-livelli li jafu li huma sewwa. Meta jagħmlu hekk, bħal Ester, iferrħu qalb Missierhom tas-sema.—Proverbji 27:11.
Meta wasal il-waqt biex Ester tittieħed Ester 2:15) Probabbilment intebħet li s-sbuħija waħedha ma kinitx se tirbaħ qalb is-sultan; iktar kien se jispikka spirtu modest u umli f’dak il-palazz. Sewwa ħasbet?
quddiem is-sultan, ngħatat l-opportunità tagħżel kwalunkwe ħaġa li ħasbet li setaʼ kellha bżonn, forsi biex issebbaħ lilha nfisha iktar. Però, fi qbil mal-parir taʼ Ħegaj, bil-modestja ma talbet xejn ħlief dak li ngħatalha. (Ir-rakkont iwieġeb: “Is-sultan sar iħobb lil Ester iżjed min-nisa l-oħrajn kollha, u b’hekk inġibed lejha u wrieha qalb tajba bl-imħabba iktar mill-verġni l-oħrajn kollha. U hu poġġa l-velu rjali fuq rasha u għamilha sultana minflok Vasti.” (Ester 2:17) Bilfors li ma kienx faċli għal din it-tfajla Lhudija umli biex tidra din il-bidla f’ħajjitha—kienet is-sultana l-ġdida, mart l-iktar monarka setgħan fuq l-art dak iż-żmien! Kibritilha rasha minħabba l-pożizzjoni l-ġdida tagħha?
’Il bogħod minn hekk! Ester baqgħet tobdi lill-missier adottiv tagħha, Mordekaj. Ir-rabta tagħha man-nies Lhud żammitha sigrieta. Iżjed minn hekk, meta Mordekaj sar jaf bi pjan biex Aħasweru jiġi assassinat, Ester b’ubbidjenza qalet lis-sultan bit-twissija tiegħu, u dawk li kienu fasslu l-pjan inqabdu. (Ester 2:20-23) Xorta waħda hi wriet il-fidi f’Alla tagħha billi wriet spirtu umli u ubbidjenti. L-ubbidjenza ma tantx titqies bħala virtù llum; id-diżubbidjenza u r-ribelljoni huma komuni. Imma nies taʼ fidi ġenwina jgħożżu l-ubbidjenza, kif kienet tagħmel Ester.
Il-Fidi t’Ester Tgħaddi Minn Prova
Raġel jismu Ħaman kiseb il-prominenza fil-palazz t’Aħasweru. Is-sultan ħatru bħala l-prim ministru, u b’hekk għamlu l-konsulent ewlieni tiegħu u t-tieni l-akbar persuna fl-imperu. Is-sultan saħansitra ħareġ digriet li kull min jara lil dan l-uffiċjal kellu jmil quddiemu. (Ester 3:1-4) Din il-liġi kienet problema għal Mordekaj. Hu kien jemmen li għandu jobdi lis-sultan imma mhux jekk dan kien ifisser li kien se juri nuqqas taʼ rispett lejn Alla. Ħaman kien “Agagi.” Dan milli jidher ifisser li kien dixxendent t’Agag, is-sultan Għamaleki li nqatel minn Samwel, il-profeta t’Alla. (1 Samwel 15:33) L-Għamalekin tant kienu mill-agħar li għamlu lilhom infushom għedewwa taʼ Ġeħova u taʼ Iżrael. Bħala poplu, l-Għamalekin kienu kundannati minn Alla. b (Dewteronomju 25:19) Lhudi leali kif setaʼ jmil quddiem Għamaleki rjali? Mordekaj ma setax. Hu ma mielx quddiemu. Sal-lum il-ġurnata, irġiel u nisa taʼ fidi ssograw ħajjithom biex iżommu maʼ dan il-prinċipju: “Jeħtieġ li aħna nobdu lil Alla bħala ħakkiem u mhux lill-bnedmin.”—Atti 5:29.
Ħaman kien inkorlat. Imma ma kienx biżżejjed għalih li jsib mod kif joqtol lil Mordekaj. Hu ried jeqred lill-poplu kollu taʼ Mordekaj! Ħaman kellem lis-sultan, u tefaʼ dell ikrah fuq il-Lhud. Mingħajr ma semmiehom b’isimhom, hu ta x’jifhem li ma kienu jiswew għal xejn, poplu “mxerred u separat fost il-popli.” Saħansitra agħar minn hekk, hu qal li ma kinux jobdu l-liġijiet tas-sultan; għaldaqstant kienu ribelli perikolużi. Hu offra li jagħti somma kbira ħafna taʼ flus lit-teżorerija tas-sultan biex tkopri l-ispejjeż tal-qtil tal-Lhud kollha fl-imperu. c Aħasweru ta lil Ħaman iċ-ċurkett tas-siġill tas-sultan innifsu biex jissiġilla kwalunkwe ordni li kellu f’moħħu.—Ester 3:5-10.
Fi żmien qasir, xi messaġġiera kienu għaddejjin bil-ħeffa fuq iż-żwiemel sejrin f’kull rokna tal-imperu vast biex iwasslu s-sentenza Ester 3:12–4:1.
tal-mewt lin-nies Lhud. Immaġina l-impatt taʼ din il-proklamazzjoni meta waslet f’Ġerusalemm li kienet ’il bogħod. Hemmhekk kien hemm fdal Lhud li kienu marru lura mill-eżilju f’Babilonja u li kienu qed jitħabtu biex jerġgħu jibnu belt li kien għad ma kellhiex sur biex jiddefendiha. Forsi Mordekaj ħaseb fihom, kif ukoll fi sħabu u qrabatu stess f’Susan, meta semaʼ bl-aħbar terribbli. Imnikket għall-aħħar, ċarrat ħwejġu, libes ilbies magħmul mill-ixkora u tefaʼ l-irmied fuq rasu, u beda jgħajjat għajjat kbir f’nofs il-belt. Madankollu, Ħaman qagħad jixrob mas-sultan, u ma tqanqalx min-niket li kien ikkaġuna fost il-ħafna Lhud u l-ħbieb tagħhom f’Susan.—Mordekaj kien jaf li kellu jieħu azzjoni. Imma x’setaʼ jagħmel? Ester semgħet bl-għali tiegħu u bagħtitlu xi ħwejjeġ, imma Mordekaj irrifjuta li jitfarraġ. Forsi kien ilu jaħseb għala Alla tiegħu, Ġeħova, kien ħalla lill-għażiża Ester tittiħidlu u ssir is-sultana taʼ ħakkiem pagan. Issa r-raġuni donnha kienet qed tfiġġ. Mordekaj bagħat messaġġ lis-sultana, u fiha talab lil Ester bil-ħrara biex tmur quddiem is-sultan, ħalli tiddefendi lill-“poplu tagħha.”—Ester 4:4-8.
Ester bilfors li ħasset qtigħ il-qalb meta semgħet il-messaġġ. Din kienet l-akbar prova tal-fidi tagħha. Ħassitha mbeżżgħa, kif uriet b’mod ċar fir-risposta tagħha lil Mordekaj. Fakkritu fil-liġi tas-sultan. Jekk xi ħadd jidher quddiem is-sultan mingħajr ma jsejjaħlu kien jingħata s-sentenza tal-mewt. Kien biss jekk is-sultan imidd ix-xettru tad-deheb tiegħu li l-ħati kien jinħeles. U Ester, kellha d—Ester 4:9-11.
xi raġuni għala setgħet tistenna li tintwera ħniena bħal din, speċjalment meta tqis dak li ġara lil Vasti meta rrifjutat li tmur quddiem is-sultan meta sejħilha? Hi qalet lil Mordekaj li s-sultan kien ilu 30 jum ma jistidinha tmur ħdejh! Ladarba kien ilu żmien twil ma jsejħilha, bir-raġun setgħet ħasbet jekk kienx għad kellha l-favur tas-sultan.Mordekaj wieġeb b’mod sod biex lil Ester isaħħilha l-fidi. Hu assiguraha li jekk ma tiħux azzjoni hi, il-Lhud kienu se jiksbu salvazzjoni minn sors ieħor. Imma kif setgħet tistenna li tinħeles ladarba l-persekuzzjoni ħraxet? Hawnhekk Mordekaj wera l-fidi kbira tiegħu f’Ġeħova, li qatt ma kien se jħalli lill-poplu Tiegħu jiġi meqrud għalkollox u l-wegħdi Tiegħu ma jitwettqux. (Ġożwè 23:14) Imbagħad Mordekaj staqsa lil Ester: “Min jaf jekk kienx għal żmien bħal dan li int ksibt dinjità rjali?” (Ester 4:12-14) Mordekaj kellu fiduċja sħiħa f’Alla tiegħu, Ġeħova. Xi ngħidu għalina?—Proverbji 3:5, 6.
Fidi Iktar b’Saħħitha mill-Biżaʼ mill-Mewt
Għal Ester kien wasal il-mument deċiżiv. Staqsiet lil Mordekaj biex jgħid lil-Lhud biex isumu magħha għal tlett ijiem, u temmet il-messaġġ tagħha bi stqarrija sempliċi taʼ fidi u kuraġġ li dwiet tul is-sekli: “Fil-każ li għandi mmut, immut.” (Ester 4:15-17) F’dawk it-tlett ijiem żgur li talbet b’ħerqa li f’ħajjitha qatt ma kienet talbet biha qabel. Però, fl-aħħar kien wasal il-waqt. Libset l-isbaħ ilbies irjali tagħha, ħalli tagħmel l-almu tagħha biex togħġob lis-sultan. Imbagħad marret.
Bħalma ġie deskritt fil-bidu taʼ dan l-artiklu, Ester resqet lejn il-palazz tas-sultan. Nistgħu biss nimmaġinaw il-ħsibijiet ansjużi u t-talb bil-ħrara li kienu għaddejjin minn moħħha u qalbha. Daħlet fil-bitħa, minn fejn setgħet tara lil Aħasweru fuq it-tron tiegħu. Forsi pprovat taqra l-espressjoni taʼ wiċċu. Jekk kellha tistenna, żgur li l-ħin ratu eternità. Imma l-mument għadda—żewġha raha. Veru, ma kienx qed jistennieha, imma l-espressjoni tiegħu rtabet. Medd ix-xettru tad-deheb tiegħu!—Ester 5:1, 2.
Ester kien irnexxielha tidher quddiem is-sultan. Kienet ħadet waqfa għal Alla tagħha u għall-poplu tagħha, u b’hekk ħalliet eżempju taʼ fidi mill-isbaħ għall-qaddejja kollha t’Alla tul iż-żminijiet.
[Noti taʼ taħt]
a Hu mifhum minn ħafna li Aħasweru hu Serse I, li ħakem fuq l-Imperu Persjan kmieni fil-ħames seklu Q.E.K.
b Ħaman għandu mnejn kien fost l-aħħar ftit Għamalekin, ladarba l-“fdal” tagħhom inqered lura fi żmien is-Sultan Ħeżekija.—1 Kronaki 4:43.
c Ħaman offra 10,000 talent tal-fidda, li llum jiswew mijiet taʼ miljuni taʼ ewro. Jekk Aħasweru kien Serse I, il-flus għandhom mnejn għamlu l-offerta taʼ Ħaman saħansitra iktar attraenti. Serse kien tilef fortuna kbira fil-gwerra diżastruża tiegħu kontra l-Griegi, milli jidher qabel ma żżewweġ lil Ester.
d Serse I kien magħruf li jbiddel ħsiebu u jitilgħulu. L-istorjografu Grieg Erodotu niżżel bil-miktub xi eżempji mill-gwerra taʼ Serse kontra l-Greċja. Is-sultan ordna li jinbena pont li jifflowtja għad-dgħajjes fuq l-istrett tal-Ellespont. Meta l-pont iġġarraf minħabba maltempata, Serse ordna li l-inġiniera tinqatgħalhom rashom u saħansitra qabbad lill-irġiel tiegħu “jikkastigaw” lill-Ellespont billi jsawtu l-ilma filwaqt li nqrat b’leħen għoli proklamazzjoni insolenti. Fl-istess kampanja, meta raġel għani talab bil-ħrara biex ibnu jiġi skużat milli jingħaqad mal-armata, Serse ordna li l-iben jinqataʼ fi tnejn, u mbagħad ġismu tqiegħed fejn jidher bħala twissija.
[Stampa f’paġna 19]
Mordekaj kellu raġuni tajba jkun kburi bit-tifla adottata tiegħu
[Stampa f’paġna 20]
Ester kienet taf li l-umiltà u l-għerf kienu ħafna iktar importanti mid-dehra persunali
[Stampa f’paġni 22, 23]
Ester issograt ħajjitha biex tipproteġi lill-poplu t’Alla