Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Alla li Jobgħod l-Inġustizzja

Alla li Jobgħod l-Inġustizzja

Għaż-​Żgħażagħ

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dik il-​ġrajja. Ġib ix-​xena quddiem għajnejk. Ismaʼ lin-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkont bħallikieku huwa reali.

Karattri prinċipali: Aħab, Ġeżabel, Nabot, u Elija

Sommarju: minn Ġeżabel, is-​Sultan Aħab ikkommetta qtil biex jikseb għalqa tad-​dwieli.

1 ANALIZZA X-​XENI.—AQRA L-1 SLATEN 21:1-​26.

Kif timmaġinahom lill-​erbaʼ karattri taʼ dan ir-​rakkont?

Aħab ․․․․․

Ġeżabel ․․․․․

Nabot ․․․․․

Elija ․․․․․

Liema ton taħseb li hemm f’leħen Ġeżabel u Aħab fil-​versi 5-​7?

․․․․․

Iddeskrivi kif timmaġinaha l-​għagħa li tqum fil-​vers 13.

․․․․․

Liema emozzjonijiet taħseb li hemm fil-​vuċijiet taʼ Elija u Aħab fil-​konfront deskritt fil-​versi 20-​26?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Liema karatteristika/i turi Ġeżabel fil-​vers 7 u fil-​vers 25?

․․․․․

Liema karatteristika/i juri Aħab fil-​vers 4?

․․․․․

Sabiex jikseb l-​għalqa tad-​dwieli taʼ Nabot, Aħab lil min qatel iktar? (Aqra t-​2 Slaten 9:24-​26.)

․․․․․

Liema xorta taʼ raġel kien Aħab f’għajnejn Ġeħova? (Erġaʼ aqra l-versi 25 u 26. Ara wkoll l-​1 Slaten 16:30-​33.)

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB DAK LI TGĦALLIMT DWAR . . .

Kemm Ġeħova hu konxju tal-​atti inġusti.

․․․․․

Kemm Ġeħova jimpurtah minn dawk li ġew trattati b’inġustizzja.

․․․․․

Kif Ġeħova juri li hu Alla taʼ ġustizzja. (Aqra Dewteronomju 32:4.)

․․․․․

4 MODI OĦRAJN KIF JAPPLIKA.

Xi nies illum kif għandhom mnejn juru attitudni simili għal dik taʼ Ġeżabel? (Aqra Rivelazzjoni 2:18-​21.)

․․․․․

F’liema sitwazzjonijiet għandu mnejn ikollok bżonn turi kuraġġ bħalma wera Elija?

․․․․․

Dwar xiex tistaʼ tibqaʼ ċert meta tosserva jew tesperjenza atti taʼ inġustizzja?

․․․․․

5 LIEMA ASPETT TAʼ DAN IR-​RAKKONT HUWA L-​IKTAR SINIFIKANTI GĦALIK, U GĦALA?

․․․․․

Suġġeriment: Biddel dan ir-​rakkont fi ġrajja tal-​aħbarijiet. Agħmel rapport tal-​ġrajja u inkludi intervisti immaġinarji mal-​karattri prinċipali u maʼ wħud li raw il-​ġrajja b’għajnejhom stess.

Żur www.pr418.com

Aqra l-​Bibbja onlajn

Iddawnlowdja jew ipprintja dan l-​artiklu