Il-Bibbja—Hi Sempliċi Ktieb bħall-Oħrajn?
“L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa . . . sabiex il-bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-sħiħ għal kull għemil tajjeb.”—2 TIMOTJU 3:16, 17.
XI NIES iżommu lura milli jagħmlu stqarrija bħal din dwar il-Bibbja. Xi ngħidu għalik? Liema minn dawn li ġejjin jiddeskrivu l-aħjar kif int tqis il-Bibbja?
• Xogħol taʼ valur letterarju
• Waħda mill-ħafna kotba qaddisa li għandhom l-istess importanza
• Ktieb taʼ leġġendi li fihom tagħlima
• Il-Kelma t’Alla
Mistoqsija rigward dan hi: Huwa importanti dak li temmen int? Ikkunsidra dak li l-Bibbja tgħid dwarha stess: “Kulma nkiteb minn qabel inkiteb għall-istruzzjoni tagħna, biex permezz tas-sabar tagħna u permezz tal-faraġ mill-Iskrittura jkollna t-tama.” (Rumani 15:4) B’hekk, il-Bibbja tistqarr li l-iskop tagħha hu li tgħallimna, tfarraġna, u tagħtina tama.
Madankollu, kieku l-Bibbja kienet biss xogħol letterarju jew sempliċement waħda mill-ħafna kotba qaddisa, se toqgħod fuqha biex tgħallmek jew biex tkun taʼ gwida għal familtek, speċjalment jekk il-messaġġ tagħha jkun differenti minn dak li int taħseb li hu tajjeb? Kieku l-Bibbja kienet ġabra taʼ ħrejjef, se tikseb faraġ u tama mill-wegħdi tagħha?
Min-naħa l-oħra, miljuni taʼ nies li studjaw il-Bibbja huma konvinti li l-Kelma t’Alla hija unika. Għala? X’inhu li jagħmel il-Bibbja differenti mill-kotba l-oħrajn kollha? Fl-artikli li ġejjin, nistidnuk tikkunsidra ħames affarijiet li jagħmlu l-Bibbja differenti minn kotba oħrajn.