Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Prattika Għal Żmienna

Prattika Għal Żmienna

“Kelmtek musbieħ għal sieqi, u dawl għal triqti.”​—Salm 119:105.

IL-​BIBBJA KIF INHI DIFFERENTI? Xi xogħlijiet letterarji jistgħu jitqiesu bħala klassiċi, iżda mhumiex tajbin biex jipprovdu gwida fil-​ħajja. U manwali tal-​istruzzjonijiet moderni jkollhom bżonn jiġu riveduti l-​ħin kollu. Mill-​banda l-​oħra, il-​Bibbja tistqarr li dak li “nkiteb minn qabel inkiteb għall-​istruzzjoni tagħna.”—Rumani 15:4.

EŻEMPJU: Għalkemm l-​għan tagħha mhuwiex li tipprovdi gwida medika, il-​Bibbja fiha suġġerimenti prattiċi dwar il-​benesseri emozzjonali u s-​saħħa fiżika. Pereżempju, din tgħid li “qalb kalma hija l-​ħajja tal-​ġisem.” (Proverbji 14:30) Il-​Bibbja twissi wkoll: “Min jinqataʼ għalih se jfittex ix-​xewqa egoistika tiegħu stess; kontra kull għaqal jiħodha.” (Proverbji 18:1) Min-​naħa l-​oħra, din tgħid li “hemm iktar hena meta tagħti milli meta tirċievi.”—Atti 20:35.

DAK LI TURI R-​RIĊERKA: Il-​kalma, il-​ħbiberiji b’saħħithom, u l-​ġenerożità jistgħu jtejbulek saħħtek. Rivista medika tgħid: “L-​irġiel li taqbżilhom iċ-​ċinga malajr għandhom riskju doppju li tagħtihom puplesija milli għandhom l-​irġiel li jikkontrollaw it-​tempra tagħhom.” (The Journal of the American Medical Association) Minn studju li sar fuq medda taʼ għaxar snin fl-​Awstralja nstab li l-​anzjani li jkollhom “iktar kuntatti soċjali maʼ ħbieb u nies maʼ min jiddiskutu affarijiet persunali,” aktarx jgħixu iktar. U fl-​2008, xi riċerkaturi mill-​Kanada u mill-​Istati Uniti saru jafu li meta “tonfoq il-​flus fuq oħrajn ikollok iktar ferħ milli kieku tonfoq il-​flus fuqek innifsek.”

INT X’TAĦSEB? Se toqgħod fuq pariri dwar kwistjonijiet taʼ saħħa li jagħti kwalunkwe ktieb ieħor li tlesta kważi 2,000 sena ilu? Jew il-​Bibbja hi ktieb uniku?

[Kumment f’paġna 8]

‘Il-​Bibbja tolqotni ferm għax fiha pariri mediċi mill-​aqwa.’​—HOWARD KELLY, M.D., MEMBRU TAL-​FOUNDING FACULTY JOHNS HOPKINS UNIVERSITY SCHOOL OF MEDICINE