Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Kif beda jeżisti x-​Xitan?

Alla ma ħalaqx lix-​Xitan. Minflok, Alla ħalaq ’l-​anġlu li iktar tard sar ix-​Xitan, magħruf ukoll bħala Satana. Ġesù ta x’jifhem li xi darba x-​Xitan kien iħobb il-​verità u kien bla ħtija. Mela, oriġinarjament ix-​Xitan kien iben anġeliku tajjeb t’Alla.—Aqra Ġwanni 8:44.

Kif setaʼ anġlu jsir ix-​Xitan?

L-​anġlu li sar ix-​Xitan għażel li jopponi ’l Alla u xewwex lill-​ewwel koppja umana biex jingħaqdu miegħu. Għaldaqstant, għamel lilu nnifsu Satana, li tfisser “Wieħed li jopponi.”—Aqra Ġenesi 3:1-​5; Rivelazzjoni 12:9.

Bħall-​kumplament tal-​kreaturi intelliġenti t’Alla, l-​anġlu li sar ix-​Xitan kellu l-​libertà li jagħżel bejn it-​tajjeb u l-​ħażin, imma hu żviluppa xewqa li jkun meqjum. Ix-​xewqa tiegħu għall-​glorja kienet iktar qawwija minn dik li jogħġob ’l Alla.—Aqra Mattew 4:8, 9; Ġakbu 1:13, 14.

Ix-​Xitan kif kompla jinfluwenza ’l-​umanità? Għandek tibżaʼ minnu? Int tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet fil-​Bibbja.