SUĠĠETT PRINĊIPALI: DAK LI NITGĦALLMU MINN MOSÈ
Min Kien Mosè?
X’jiġik f’moħħok meta tismaʼ l-isem Mosè?
-
It-tarbija li ommu ħbietu f’qoffa fix-Xmara Nil.
-
It-tifel li trabba fil-lussu fl-Eġittu minn bint il-Fargħun—imma li qatt ma nesa li kien Iżraeli.
-
Ir-raġel li għex bħala ragħaj f’Midjan għal 40 sena.
-
Ir-raġel li tkellem maʼ Ġeħova * quddiem għollieqa taqbad bin-nar.
-
Ir-raġel li bil-qlubija talab lis-sultan tal-Eġittu biex jeħles lill-Iżraelin mill-jasar.
-
Ir-raġel li, bid-direzzjoni t’Alla, ħabbar l-Għaxar Kastigi fuq l-Eġittu meta s-sultan t’hemmhekk sfida lill-Alla l-veru.
-
Ir-raġel li mexxa lill-Iżraelin f’eżodu kbir mill-Eġittu.
-
Ir-raġel li ntuża biex jofroq il-Baħar l-Aħmar.
-
Ir-raġel li ta lill-Iżraelin l-Għaxar Kmandamenti mingħand Alla.
MOSÈ għadda minn dawn l-esperjenzi kollha u oħrajn. Mhux taʼ b’xejn li dan ir-raġel leali hu rispettat ferm mill-Kristjani, mil-Lhud, u mill-Musulmani!
Mingħajr dubju taʼ xejn, Mosè kien profeta li wettaq ‘għemejjel kbar li jqanqlu l-biżaʼ.’ (Dewteronomju 34:10-12) Hu ħalla lil Alla jużah b’mod tal-għaġeb. Però, Mosè kien bniedem komuni. Bħall-profeta Elija, li deher maġenb Mosè f’viżjoni matul il-ministeru taʼ Ġesù fuq l-art, Mosè kien raġel “b’sentimenti bħal tagħna.” (Ġakbu 5:17; Mattew 17:1-9) Mosè ħabbat wiċċu maʼ ħafna mill-istess problemi li niffaċċjaw aħna, u għelibhom b’suċċess.
Tixtieq tkun taf kif għamel dan? Ikkunsidra tlieta mill-kwalitajiet tajbin li wera Mosè u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu.
^ par. 7 eħova hu l-isem t’Alla kif turina l-Bibbja.