Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin

Min se jmur fis-​sema, u għala?

Miljuni taʼ nies jixxennqu għall-​ħajja fis-​sema. Ġesù qal li l-​appostli leali tiegħu kienu se jgħixu hemmhekk. Qabel ma miet, hu wiegħed li jħejjilhom post maʼ Missieru tas-​sema.—Aqra Ġwanni 14:2.

Nies li għexu fuq l-​art għala jiġu rxoxtati għall-​ħajja fis-​sema? X’se jagħmlu hemmhekk? Ġesù qal lill-​appostli tiegħu li kienu se jkunu slaten. Se jaħkmu għal fuq l-​art.—Aqra Luqa 22:28-​30; Rivelazzjoni 5:10.

In-​nies tajbin kollha jmorru fis-​sema?

Fil-​maġġoranza tal-​pajjiżi, ftit biss min-​nies ikunu ħakkiema. Ladarba Ġesù jirxoxta lin-​nies għall-​ħajja fis-​sema sabiex ikunu jistgħu jaħkmu għal fuq l-​art, tippretendi li dawk li ntgħażlu jkunu ftit. (Luqa 12:32) Il-​Bibbja tgħid eżatt kemm nies se jaħkmu maʼ Ġesù.—Aqra Rivelazzjoni 14:1.

Ġesù ħejja postijiet fis-​sema għal xi wħud mis-​segwaċi tiegħu. Taf dawn x’se jagħmlu hemmhekk?

Dawk li jmorru fis-​sema mhux se jkunu l-​uniċi wħud li jiġu premjati. Sudditi leali tas-​Saltna taʼ Ġesù se jgawdu ħajja mingħajr tmiem f’ġenna restawrata fuq l-​art. (Ġwanni 3:16) Xi wħud se jidħlu fil-​Ġenna tal-​Art billi jsalvaw mill-​qerda tas-​sistema mill-​agħar preżenti. Oħrajn se jidħlu fiha permezz taʼ rxoxt.—Aqra Salm 37:29; Ġwanni 5:28, 29.