Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Photo by Zhai Yujia/China News Service/VCG via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?

Għargħar tal-Biżaʼ—X’Tgħid il-Bibbja?

 Madwar id-dinja, ħafna nies qed jiffaċċjaw għargħar tal-biżaʼ. Ara x’qalu dawn ir-rapporti:

  •   “Dan l-aħħar, fil-belt kapitali taċ-Ċina, niżel l-iżjed ammont taʼ xita minn tal-inqas f’dawn l-aħħar 140 sena. Bejn is-Sibt u l-Erbagħa kien hemm 744.8 millimetri taʼ xita.”—AP News, 2 t’Awwissu 2023.

  •   “Il-Ħamis kienet it-tieni ġurnata li l-uragan Khanun ġab xita kbira u riħ qawwi fin-naħa t’isfel tal-Ġappun. Minħabba f’hekk, mietu minn tal-inqas tnejn minn nies. . . . Hu mistenni li minħabba dan il-maltemp se jkun hemm 0.6 metri taʼ xita fiċ-ċentru muntanjuż tat-Tajwan.”—Deutsche Welle, 3 t’Awwissu 2023.

  •   “Fil-weekend kien hemm għargħar kbar f’Nova Scotia. Dan kien minħabba li għamlet l-iktar xita qawwija f’dawn l-aħħar 50 sena fin-naħa tal-Atlantiku tal-Kanada.”—BBC News, 24 taʼ Lulju 2023.

 Il-Bibbja x’tgħid dwar dawn l-affarijiet?

Sinjal taʼ “l-aħħar jiem”

 Il-Bibbja turina li aħna qed ngħixu fi żmien li jissejjaħ “l-aħħar jiem.” (2 Timotju 3:1) Ġesù qal li matul iż-żmien li qed ngħixu fih aħna se naraw “affarijiet tal-biżaʼ.” (Luqa 21:11) Il-bidla fil-klima hi r-raġuni prinċipali għala qed naraw temp tal-biżaʼ li qed ikun iktar spiss, iktar estrem, u iktar diffiċli biex ikunu jafu kif se jkun it-temp.

Għandna tama

 Il-Bibbja tgħidilna li dawn l-affarijiet tal-biżaʼ li qed jiġru bħalissa, jagħtuna tama. Għala? Ġesù qal: “Meta taraw dawn l-affarijiet jiġru, kunu afu li s-Saltna t’Alla hi qrib.”—Luqa 21:31; Mattew 24:3.

 L-affarijiet li qed naraw bħalissa juru li s-Saltna t’Alla dalwaqt se jkollha kontroll fuq il-forzi naturali tad-dinja, inkluż iċ-ċiklu tal-ilma.—Ġob 36:27, 28; Salm 107:29.

 Biex titgħallem iktar dwar kif is-Saltna t’Alla se tirranġa l-ħsara li saret lid-dinja, ara l-artiklu “Who Will Save the Earth?