Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IBQAʼ ATTENT!

L-Għoli tal-Ħajja Jiżdied mad-Dinja Kollha—X’Tgħid il-Bibbja?

L-Għoli tal-Ħajja Jiżdied mad-Dinja Kollha—X’Tgħid il-Bibbja?

 F’Ġunju 2022, il-president tal-World Bank Group qal: “L-ekonomija tad-dinja reġgħet qiegħda fil-periklu. Il-prezzijiet qed jogħlew ħafna u fl-istess ħin in-nies għandhom inqas flus x’jonfqu.”

 L-International Monetary Fund qalet: “Il-prezzijiet taż-żejt u l-ikel għolew f’daqqa u dan effettwa l-iktar lil nies li jgħixu f’pajjiżi foqra.”

 Il-Bibbja tgħinna nifhmu għala qed niffaċċjaw dawn il-problemi tal-ekonomija, tgħinna nkampaw, u tgħidilna kif dawn se jispiċċaw għal dejjem.

Jogħlew il-prezzijiet matul “l-aħħar jiem”

  •   Il-Bibbja tgħid li ż-żmien li qed ngħixu fih hu “l-aħħar jiem.”—2 Timotju 3:1.

  •   Ġesù qal li f’dawn iż-żminijiet tal-aħħar se jiġru affarijiet “tal-biżaʼ.” (Luqa 21:11) In-nies jibżgħu meta l-prezzijiet jogħlew ħafna. Huma jinkwetaw dwar il-futur tagħhom u jekk hux se jirnexxilhom jipprovdu għall-familja.

  •   Il-ktieb tar-Rivelazzjoni jgħid li matul l-aħħar jiem, l-ikel se jogħla. “Smajt xi ħaġa qisu leħen. . . . Hu qal, ‘Kilo qamħ jew tliet kilos xgħir se jiswew daqs ġurnata xogħol.’”—Rivelazzjoni 6:6, Easy-to-Read Version.

 Biex titgħallem iktar dwar “l-aħħar jiem” u l-profezija tal-ktieb tar-Rivelazzjoni, ara l-vidjow Id-Dinja Nbidlet mill-1914 u aqra l-artiklu “L-erbaʼ rikkieba taż-żwiemel—Min huma?

Is-soluzzjoni tal-problemi kollha tal-ekonomija

  •   “Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor.”—Isaija 65:21, 22.

  •   “Se jkun hemm abbundanza taʼ ċereali fuq l-art; fuq il-qċaċet tal-muntanji se jkun hemm iżżejjed.”—Salm 72:16.

  •   “Ġeħova jgħid: ‘Peress li l-batuti huma maħqurin, peress li l-foqra qed jibku, jien se naġixxi.’”—Salm 12:5. a

 Alla dalwaqt se jirranġa l-problemi tal-ekonomija għal dejjem, mhux f’pajjiż wieħed imma mad-dinja kollha. Biex tkun taf kif, ara l-artiklu “L-Ekonomija Qatt Se Tkun Tajba għal Kulħadd?

 Imma l-Bibbja tistaʼ tgħinek tkampa mal-għoli tal-ħajja anki llum. B’liema modi? Fiha pariri tajbin kif tistaʼ tuża l-flus b’mod tajjeb. (Proverbji 23:4, 5; Ekkleżjasti 7:12) Biex tkun taf iktar, ara l-artikli “Ħu Ħsieb ix-Xogħol u l-Affarijiet Tiegħek” u “Kif Tgħaddi b’Inqas Flus.”

a Ġeħova hu l-isem t’Alla.—Salm 83:18.