Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

CreativeDesignArt/DigitalVision Vectors via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Huwa Possibbli li Kulħadd Jiġi Trattat l-Istess?—X’Tgħid il-Bibbja?

Huwa Possibbli li Kulħadd Jiġi Trattat l-Istess?—X’Tgħid il-Bibbja?

 Għal ħafna nies, li kulħadd jiġi trattat l-istess hi biss ħolma.

  •   “F’kull parti tad-dinja, ir-razziżmu jagħmel ħafna ħsara lil organizzazzjonijiet, lil gruppi soċjali, u lill-ħajja taʼ kuljum taʼ nies normali. Ir-razziżmu jkompli jġiegħel lin-nies jittrattaw lil xulxin ħażin.”—António Guterres, Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.

 Qatt se jispiċċa r-razziżmu? X’tgħid il-Bibbja?

Alla kif iħares lejn nies differenti?

 Il-Bibbja tgħallimna kif Alla jħares lejn nies taʼ razez differenti.

  •   “[Alla] minn raġel wieħed għamel il-ġnus kollha tal-bnedmin, biex jgħammru fuq il-wiċċ kollu taʼ l-art.”—Atti 17:26.

  •   “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:34, 35.

 Il-Bibbja turi li n-nies kollha jiġu minn xulxin u li Alla jaċċetta kull tip taʼ razza.

Kif se jispiċċa r-razziżmu?

 Taħt is-Saltna t’Alla, li hi gvern fis-sema, kulħadd se jiġi trattat l-istess. Dan il-gvern se jgħallem lin-nies kif għandhom jittrattaw lil xulxin sew. In-nies se jitgħallmu kif ma jkunux razzisti.

  •   ‘L-abitanti taʼ l-art se jitgħallmu s-sewwa.’—Isaija 26:9.

  •   “Ix-xogħol tas-sewwa veru jkun paċi; u s-servizz tas-sewwa veru, kwiet u sigurtà għal żmien indefinit.”—Isaija 32:17.

 Illum, miljuni taʼ nies qed jitgħallmu mill-Bibbja kif jittrattaw lil oħrajn b’rispett u b’dinjità.