Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ismail Sen/Anadolu Agency via Getty Images

IBQAʼ ATTENT!

Terremoti Qawwijin Jolqtu t-Turkija u s-Sirja—X’Tgħid il-Bibbja?

Terremoti Qawwijin Jolqtu t-Turkija u s-Sirja—X’Tgħid il-Bibbja?

 It-Tnejn, 6 taʼ Frar 2023, terremoti qawwijin laqtu t-Turkija u s-Sirja.

  •   “It-Tnejn, terremot kbir qatel iktar minn 3,700 persuna f’parti kbira mit-Turkija u fil-Majjistral tas-Sirja. It-temp kiesaħ għamel is-sitwazzjoni diffiċli għal eluf taʼ nies li weġġgħu jew tilfu djarhom, kif ukoll għal dawk li bdew ifittxu lil persuni li baqgħu ħajjin.”—Reuters, 6 taʼ Frar 2023.

 Meta naqraw dwar dawn it-traġedji nħossu għafsa taʼ qalb. Fi żminijiet bħal dawn, aħna nistrieħu fuq Ġeħova li hu “l-Alla taʼ kull faraġ.” (2 Korintin 1:3) Hu jagħtina ‘l-faraġ mill-Iskrittura biex ikollna t-tama.’—Rumani 15:4.

 Mill-Bibbja nitgħallmu:

  •   X’kien imbassar dwar it-terremoti.

  •   Fejn nistgħu nsibu faraġ u tama.

  •   Kif Alla se jneħħi t-tbatija kollha.

 Biex issir taf x’tgħid il-Bibbja dwar dawn is-suġġetti, aqra l-artikli:

a Ġeħova hu l-isem persunali t’Alla.—Salm 83:18.