Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

E+/taseffski/via Getty Images (Stock photo. Posed by model.)

Jiżdiedu Problemi taʼ Saħħa Mentali fiż-Żgħażagħ—X’Tgħid il-Bibbja?

Jiżdiedu Problemi taʼ Saħħa Mentali fiż-Żgħażagħ—X’Tgħid il-Bibbja?

IBQAʼ ATTENT!

Jiżdiedu Problemi taʼ Saħħa Mentali fiż-Żgħażagħ—X’Tgħid il-Bibbja?

 It-Tnejn, 13 taʼ Frar 2023, iċ-Ċentru għall-Kontroll tal-Mard u l-Prevenzjoni (CDC) fl-Istati Uniti ħareġ rapport dwar is-saħħa mentali taż-żgħażagħ fl-Amerka. Ir-rapport semma li iktar minn 40 fil-mija tal-istudenti tas-sekondarja spiss iħossuhom imdejqin u li m’għandhomx lejn xiex iħarsu ’l quddiem f’ħajjithom.

 Dr. Kathleen Ethier, direttur tad-Dipartiment tas-Saħħa għaż-Żgħażagħ u l-Iskejjel (DASH) fis-CDC, qalet: “Rajna li f’dawn l-aħħar 10 snin is-saħħa mentali fiż-żgħażagħ marret għall-agħar. Imma s-saħħa mentali fit-tfajliet qatt ma kienet daqshekk ħażina. Fil-fatt, iktar tfajliet qed jaħsbu biex jagħmlu suwiċidju, jippjanaw biex jagħmluh, jew saħansitra jipprovaw jagħmlu suwiċidju.”

 Ir-rapport jgħid:

  •   Għal kull għaxar tfajliet hemm iktar minn tfajla (14 fil-mija) li ġiet sforzata tagħmel is-sess kontra qalbha. “Din hi sitwazzjoni tal-biżaʼ,” qalet Dr. Ethier. “Għal kull għaxar tfajliet li taf, minn tal-inqas hemm waħda, u probabbilment hemm iktar, li ġiet irrejpjata.”

  •   Għal kull tliet tfajliet kważi hemm tfajla (30 fil-mija) li ħasbitha bis-serjetà biex tagħmel suwiċidju.

  •   Għal kull ħames tfajliet kważi hemm tliet tfajliet (57 fil-mija) li spiss iħossuhom imdejqin u li m’għandhomx lejn xiex iħarsu ’l quddiem f’ħajjithom.

 Dan ir-rapport vera jaqsamlek qalbek. Żmien iż-żgħożija għandu jkun żmien li jġib il-ferħ. X’jistaʼ jgħin liż-żgħażagħ ikampaw mal-istress li jiffaċċjaw? X’tgħid il-Bibbja?

Il-Bibbja tagħti għajnuna prattika liż-żgħażagħ

 Il-Bibbja tiddeskrivi b’mod ċar iż-żminijiet stressanti li qed ngħixu fihom. Tirreferi għalihom bħala “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Timotju 3:1-5) Imma l-Bibbja tagħti pariri mill-aqwa li qed jgħinu lil miljuni taʼ żgħażagħ madwar id-dinja biex jirnexxilhom ikampaw minkejja l-isfidi. Aqra u aħseb fuq l-artikli bbażati mill-Bibbja li ġejjin.

 Għajnuna għaż-żgħażagħ li qed jaħsbu biex jagħmlu suwiċidju

 Għajnuna għaż-żgħażagħ li għandhom dipressjoni, dwejjaq, jew iħossuhom negattivi

 Għajnuna għaż-żgħażagħ li qed jiġu bbuljati, anki fuq l-Internet

 Għajnuna għaż-żgħażagħ li qed ikampaw maʼ fastidju u attakk sesswali

Il-Bibbja tagħti pariri prattiċi għall-ġenituri

 Il-Bibbja tagħti wkoll pariri prattiċi biex jgħinu lill-ġenituri ħalli jkunu jistgħu jgħinu liż-żgħażagħ ikampaw mal-isfidi tal-ħajja. Aqra u aħseb fuq l-artikli bbażati mill-Bibbja li ġejjin.