Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KIF JINTUŻAW ID-DONAZZJONIJIET TIEGĦEK?

Aħbarijiet taʼ Min Joqgħod Fuqhom u li Jsaħħu l-Fidi

Aħbarijiet taʼ Min Joqgħod Fuqhom u li Jsaħħu l-Fidi

1 TAʼ DIĊEMBRU 2021

 Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jimpurtahom ħafna minn ħuthom fit-twemmin. (1 Pietru 2:17) Ħafna minna nħossuna bħalma tħossha Tannis, oħt fil-Kenja. Hi tgħid, “Jien nieħu pjaċir inkun naf x’inhu jiġri mill-għeżież ħuti madwar id-dinja.” Tannis u miljuni taʼ Xhieda oħra kif jirnexxilhom jibqgħu informati? Mill-2013 ’l hawn, stajna nagħmlu dan permezz tan-Newsroom fuq jw.org.

 In-Newsroom ikun fiha rapporti taʼ min joqgħod fuqhom dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova fuq suġġetti bħal meta toħroġ xi Bibbja, għajnuna għal meta jkun hemm diżastri, proġetti taʼ kostruzzjoni, u ġrajjiet importanti oħra. Tagħtina informazzjoni dwar ħutna li jkunu l-ħabs minħabba l-fidi tagħhom. In-Newsroom tinkludi wkoll esperjenzi inkuraġġanti dwar kampanji tal-ippritkar u l-osservanza tat-Tifkira. Min jagħmel ir-riċerki għal dawn l-artikli u kif jiġu ppreparati?

Jintgħażlu l-Istejjer u Jiġu Rrapportati

 L-Uffiċċju tal-Informazzjoni Pubblika jieħu ħsieb in-Newsroom. Dan id-dipartiment jinsab fil-kwartieri ġenerali u jaħdem taħt id-direzzjoni tal-Kumitat tal-Koordinaturi tal-Ġemgħa li Tiggverna. L-Uffiċċju tal-Informazzjoni Pubblika huwa magħmul minn iktar minn 100 ħu u oħt, li ħafna minnhom huma volontieri li jaħdmu part-time mid-dar, inkluż kittieba, riċerkaturi, aħwa li jieħdu ħsieb ir-ritratti u l-vidjows, u tradutturi. Oħrajn jikkomunikaw maʼ uffiċjali tal-gvern, professuri u għalliema, u mal-midja. L-Uffiċċju tal-Informazzjoni Pubblika hu megħjun minn aħwa minn iktar minn 80 fergħa madwar id-dinja li jgħinu fl-Informazzjoni Pubblika.

 Biex jiġi ppreparat artiklu tal-aħbarijiet, l-Uffiċċju tal-Informazzjoni Pubblika jaħdem mill-qrib mal-aħwa fit-80 fergħa madwar id-dinja li jgħinu fl-Informazzjoni Pubblika. Meta ħutna jaraw li storja tkun tajba biex tixxandar, huma jagħmlu riċerka dwar is-suġġett u jiġbru informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha. Dan jistaʼ jinkludi intervisti u li jitkellmu maʼ esperti. Wara li jkunu ġabru l-fatti, l-artiklu jinkiteb, jiġi editjat, jgħaddi mill-qari tal-provi, jiġu miżjudin xi ritratti, u jintbagħat lill-Kumitat tal-Koordinaturi biex jiġi approvat.

Kliem t’Apprezzament

 Ħutna kif iħossuhom dwar in-Newsroom? Cheryl, oħt fil-Filippini, tgħid, “Jiena vera nħobb nibda l-ġurnata billi naqra l-aħbarijiet dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova u l-poplu tiegħu.”

 Ħafna qarrejja jitkellmu dwar id-differenza li jaraw bejn in-Newsroom tal-jw.org u aħbarijiet oħra fil-midja. Tatiana, fil-Każakistan, tgħid: “Jiena grata li nistaʼ nafda l-aħbarijiet fuq jw.org. Hi taʼ min joqgħod fuqha u għandha informazzjoni eżatta.” Oħt fil-Messiku jisimha Alma tgħid: “In-Newsroom hija inkuraġġanti ħafna meta mqabbla maʼ ġrajjiet koroh li nisimgħu bihom fl-aħbarijiet inġenerali.”

 In-Newsroom mhix biss taʼ min joqgħod fuqha, imma wkoll issaħħaħ il-fidi. Bernard, fil-Kenja, jgħid: “In-Newsroom għenitni nqis lil ħuti madwar id-dinja bħala l-familja tiegħi, huma fejn huma. B’hekk nistaʼ nsemmi isimhom u s-sitwazzjonijiet speċifiċi tagħhom fit-talb tiegħi.” Oħt li jisimha Bybron, ukoll fil-Kenja, tgħid: “Dejjem inħossni eċċitata meta nara artiklu dwar il-ħruġ taʼ xi Bibbja b’lingwa differenti! Dawn l-artikli jfakkruni li Ġeħova mhux parzjali.”

In-Newsroom tgħinna nkunu speċifiċi meta nitolbu dwar l-isfidi li ħutna madwar id-dinja qed jiffaċċjaw

 Anke stejjer fl-aħbarijiet dwar l-aħwa li qed jiġu ppersegwitati jistgħu jinkuraġġuna. Jackline, fil-Kenja, tgħid: “Li nirrifletti fuq il-kuraġġ tagħhom verament saħħaħli l-fidi. Dejjem nipprova nara x’jgħinhom jissaportu. Tgħallimt kif affarijiet sempliċi, bħal talb, qari tal-Bibbja, u anke kant, għandhom sehem importanti f’li jsaħħu lil ħutna.”

 Oħt fil-Costa Rica, jisimha Beatriz, tapprezza l-aħbarijiet dwar diżastri naturali. Hi tgħid: “In-Newsroom tgħinni nara kif l-organizzazzjoni tagħna tipprovdi l-bżonnijiet taʼ ħutna fil-pront, b’mod effiċjenti, u bi mħabba. Dan jikkonvinċini li din hi l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova.”

 Kemm aħna grati li nirċievu aħbarijiet aġġornati dwar ħutna madwar id-dinja! Dan ma jkunx possibbli mingħajr id-donazzjonijiet tiegħek għax-xogħol taʼ madwar id-dinja, li ħafna minnhom isiru permezz taʼ donate.pr418.com. Grazzi tal-kontribuzzjonijiet ġenerużi tagħkom.