Mur fil-kontenut

Xhieda taʼ Ġeħova jippritkaw f’Malta qabel il-​pandemija

7 TAʼ FRAR 2022
MALTA

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Rreġistrati b’Mod Legali f’Malta

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Rreġistrati b’Mod Legali f’Malta

Riċenti, l-​entità legali ġdida Jehovah’s Witnesses in Malta (JW-​Malta) ġiet reġistrata bħala organizzazzjoni fil-​pajjiż. JW-​Malta ġabet iċ-​Ċertifikat taʼ Reġistrazzjoni taʼ Persuna Ġuridika a fit-​28 taʼ Diċembru 2021.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ġew organizzati f’Malta fis-​snin 70. Għal ħafna snin, il-​kongregazzjonijiet ma tantx kienu kkunsidrati mil-​liġi. Dan kien jagħmilha diffiċli għall-​kongregazzjonijiet biex jixtru propjetà jew anki jiftħu kont mal-​bank. Fl-​1994, l-​International Bible Students Association (IBSA) saret assoċjazzjoni mhux reġistrata f’Malta. Għalkemm dan ta lill-​IBSA ċertu drittijiet, dawn kienu limitati ħafna. Issa li JW-​Malta ġiet reġistrata b’mod legali, saret iżjed faċli għall-​uffiċċju u l-​kongregazzjonijiet f’Malta biex jaħdmu.

Ħuna Joe Magri, membru tal-​Kumitat tal-​Pajjiż taʼ Malta qal: “Il-​fidi tagħna vera ssaħħet meta rajna kif Ġeħova għenna f’dal-​proċess. Hu uża l-​aħwa fid-​Dipartimenti Legali fil-​Brittanja u l-​kwartieri ġenerali biex jgħinuna. Aħna kuntenti li nistgħu nkomplu naqsmu l-​aħbar tajba tas-​Saltna u nfaħħru aktar lil Ġeħova issa li hemm ismu fit-​titlu legali tagħna.”

Tabella bl-​isem JW-​Malta fuq il-​bieb tal-​uffiċċju

Bħalissa hemm iktar minn 800 Xhud f’Malta, li qed jaqdu fi 11-​il kongregazzjoni. Kważi 2,000 sena ilu, l-​appostlu Pawlu beda “jippriedka s-​saltna t’Alla” f’Malta. Aħna ferħanin li dan ix-​xogħol għadu għaddej “bla tfixkil.”—Atti 28:1, 30, 31.

a Fil-​liġi, “persuna ġuridika” tinkludi individwi, kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn.