Privacy policy
Privacy Policy Ġenerali
Ara wkoll
NIRRISPETTAW IL-PRIVATEZZA TIEGĦEK
Aħna determinati li nipproteġu u nirrispettaw il-privatezza tiegħek. Din il-Policy tipprovdi l-bażi taʼ kif kwalunkwe data personali li se niġbru mingħandek jew li int se tipprovdilna se tiġi proċessata fuq il-websajt tagħna. Aħna se nżommu xi informazzjoni bażika meta żżur il-websajt tagħna, u nagħrfu l-importanza tas-sigurtà taʼ dik l-informazzjoni u li ngħidulek x’se nagħmlu biha. Inti tistaʼ tagħżel li tipprovdilna informazzjoni li hi kkunsidrata data personali. It-terminu “data personali” kif inhu użat f’din il-Policy jirreferi għal informazzjoni bħal ismek, l-e-mail address, l-indirizz tiegħek, in-numru tat-telefown, jew kwalunkwe data oħra li tistaʼ tintuża biex tidentifikak. M’inti meħtieġ li tipprovdi l-ebda informazzjoni personali biex tuża l-partijiet pubbliċi taʼ din il-websajt. It-terminu “websajt” jinkludi din il-websajt u siti oħra assoċjati magħha, bħal apps.pr418.com, ba.pr418.com, stream.pr418.com, and wol.pr418.com.
INFORMAZZJONI DWAR IL-KONTROLLUR TAD-DATA
Din il-websajt hi propjetà tal-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc. (“Watchtower”), korporazzjoni f’New York li ma tagħmilx qligħ li tappoġġja l-attivitajiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova u l-edukazzjoni li jagħtu dwar il-Bibbja. Jekk inti b’mod volontarju tiddeċiedi li tiftaħ account, tagħti donazzjoni, titlob li ssirlek żjara b’xejn, jew b’xi mod ieħor tieħu kwalunkwe azzjoni li tinvolvi li tipprovdi data personali, inti qed tagħti l-kunsens tiegħek għal din il-Policy, kif ukoll biex id-data tiegħek tinżamm fuq servers li qegħdin fl-Istati Uniti tal-Amerika, u biex tinġabar, tiġi proċessata, tiġi trasferita, u tiġi maħżuna d-data personali tiegħek minn Watchtower u organizzazzjonijiet li jagħmlu xogħolhom għax-Xhieda taʼ Ġeħova f’diversi pajjiżi skont il-bżonn biex tiġi proċessata l-azzjoni mitluba minnek. L-organizzazzjoni reliġjuża topera madwar id-dinja permezz taʼ entitajiet lokali varji. Għall-finijiet tal-protezzjoni tad-data, dawn jistgħu jinkludu kongregazzjonijiet lokali, uffiċċji tal-fergħa, u organizzazzjonijiet simili li jagħmlu xogħolhom għax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Il-kontrollur tad-data għad-data personali tiegħek ivarja skont in-natura tal-azzjoni tiegħek fuq din il-websajt. Pereżempju, jekk tagħti donazzjoni lil entità legali f’pajjiż partikolari, ismek u l-kuntatti tiegħek se jiġu provduti lil dik l-entità legali li ġiet mgħarrfa lilek matul il-proċess tad-donazzjoni. Bħala eżempju ieħor, jekk titlob li ssirlek żjara, ismek u l-kuntatti tiegħek se jiġu provduti lil uffiċċju tal-fergħa lokali u lil kongregazzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova sabiex iwettqu r-rikjesta tiegħek.
Biex nipprovdulek għajnuna, jekk il-pajjiż li int tgħix fih għandu liġijiet tal-protezzjoni tad-data li huma fis-seħħ, int se tkun tistaʼ ssib il-kuntatti għall-pajjiż li int tgħix fih fil-paġna Data Protection Contacts.
SIGURTÀ U KUNFIDENZJALITÀ TAD-DATA
Aħna nieħdu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data personali tiegħek bis-serjetà ħafna. Aħna nużaw metodi aġġornati tas-sigurtà u taʼ kif naħżnu d-data biex nipproteġu l-informazzjoni personali tiegħek minn aċċess mhux awtorizzat, użu mhux xieraq jew li tiġi mikxufa, tiġi modifikata mingħajr awtorizzazzjoni, meqruda b’mod li mhuwiex skont il-liġi, jew li tintilef b’mod aċċidentali. Kull min jipproċessa data personali u kull partijiet terzi li aħna nqabbdu biex jipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek huma obbligati biex jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni tiegħek. Aħna se nżommu d-data personali tiegħek biss għat-tul taż-żmien li huwa raġunevolment bżonjuż għall-iskopijiet li għalihom inġabret jew biex nimxu skont kwalunkwe liġijiet taʼ rrapportar jew għat-tul taż-żmien li aħna meħtiġin bil-liġi biex nżommu d-dokumenti.
Aħna nipproteġu d-data personali tiegħek matul it-trasmissjoni billi nużaw encryption protocols bħal Transport Layer Security (TLS). Nużaw sistemi tal-kompjuters bi proċeduri li jipprovdu limiti għal min jistaʼ jkollu aċċess għalihom, maħżunin f’binjiet li jużaw metodi taʼ sigurtà fiżiċi, elettroniċi u bi proċeduri taʼ kif isir aċċess sabiex nipproteġu l-kunfidenzjalità u s-sigurtà tal-informazzjoni li ġiet trasmessa lilna. Aħna nżommu maʼ livelli stretti taʼ sigurtà biex nilqgħu kontra aċċess mhux awtorizzat.
MINORENNI
Jekk inti minorenni fil-pajjiż li minnu qiegħed tuża l-websajt tagħna, inti tistaʼ tibgħat d-data personali tiegħek fuq din il-websajt biss bl-involviment tal-ġenitur(i) tiegħek jew tal-gwardjan tiegħek. Jekk int ġenitur jew gwardjan u tipprovdi l-kunsens biex minorenni jibgħat id-data personali tiegħu fuq din il-websajt, inti qiegħed taqbel maʼ din il-Policy fejn jidħol l-użu mil-minorenni.
PARTIJIET TERZI
Jistaʼ jkun li din il-websajt se tinkludi link għall-websajt taʼ parti terza li aħna qabbadna biex tipprovdi servizzi għan-nom tagħna (pereżempju, biex jimtlew formoli onlajn). Inti se tkun taf li se tkun qiegħed fuq il-websajt taʼ parti terza għaliex se jkollha apparenza differenti u l-indirizz fuq il-browser tiegħek se jinbidel. Iżjed minn hekk, int se tirċievi e-mails jew messaġġi minn parti terza bbażata fuq it-talba li tagħmel minn din il-websajt għal informazzjoni, inkluż notifikazzjonijiet taʼ attivitajiet li tlabt informazzjoni dwarhom. Meta jintgħażlu l-partijiet terzi, u minn żmien għal żmien wara dan, il-policies tagħhom taʼ privatezza u tal-protezzjoni tad-data jiġu eżaminati sabiex nassiguraw li jilħqu l-istess livelli li nużaw fil-policies tagħna stess. Madankollu, dawn il-partijiet terzi jipprovdu apps jew servizzi li għalihom m’għandniex kontroll fuq l-ipprogrammar, it-termini tal-użu, il-policies taʼ privatezza, u l-kundizzjonijiet ġenerali tagħhom. Minħabba din ir-raġuni, l-użu tiegħek taʼ dawn l-apps u servizzi fuq din il-websajt hu suġġett għat-termini taʼ servizz u kundizzjonijiet ġenerali kurrenti li għandu l-parti terza. Aħna ma niġux informati jekk ikun hemm xi aġġornamenti, għalhekk jekk jogħġbok irrivedi t-termini qabel ma tuża servizz taʼ parti terza. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar policies taʼ partijiet terzi, jekk jogħġbok ara l-policy li tinstab fuq il-websajt tagħhom.
L-użu tiegħek tas-servizz tal-Google Maps fuq din il-websajt hu suġġett għall-Google Privacy Policy kurrenti. Google hu bejjiegħ taʼ parti terza li m’għandniex kontroll fuq l-apps, l-ipprogrammar u t-termini tas-servizz tiegħu. Minħabba din ir-raġuni, l-użu tiegħek tas-servizz tal-Google Maps minn fuq din il-websajt hu suġġett għall-Google Maps/Google Earth Additional Terms of Service kurrenti. Aħna ma niġux informati meta jkun hemm xi aġġornamenti, għalhekk jekk jogħġbok irrivedi t-termini qabel ma tuża s-servizz tal-Google Maps. Tużax is-servizz tal-Google Maps jekk ma taqbilx maʼ dawn it-termini.
NOTIFIKAZZJONI GĦAL BIDLIET F’DIN IL-POLICY
Aħna b’mod kontinwu ntejbu din il-websajt u nżidu funzjonalità u sezzjonijiet ġodda, u wkoll intejbu u nżidu mas-servizzi eżistenti. Minħabba dawn il-bidliet li dejjem għaddejjin, kif ukoll minħabba bidliet fil-liġi u fin-natura tat-teknoloġija, il-prattiki tagħna fejn tidħol data se jinbidlu minn żmien għal żmien. Meta se jsir neċessarju li nibdlu l-Policy tagħna, se nniżżlu l-bidliet fuq din il-paġna sabiex inti dejjem tistaʼ tkun konxju taʼ liema informazzjoni niġbru u kif nużawha.
ACTIVE SCRIPTING JEW JAVASCRIPT
Scripting huwa użat biex itejjeb il-funzjonalità tal-websajt tagħna. It-teknoloġija tal-iscripting tippermetti biex is-sit iwassallek informazzjoni iktar malajr. Scripting qatt mhu se jintuża minn dan is-sit biex jinstalla softwer fuq il-kompjuter tiegħek jew biex jiġbor informazzjoni mhux awtorizzata minnek.
Active Scripting jew JavaScript irid ikun enabled fil-browser tiegħek biex xi partijiet minn dan is-sit jaħdmu kif suppost. Il-maġġoranza tal-browsers jagħtu l-opportunità biex dan l-aspett jiġi enabled jew disabled għal siti speċifiċi. Iċċekkja id-dokumentazzjoni tal-browser jekk tixtieq titgħallem kif tistaʼ tagħmel enable biex scripting jintuża biss fuq siti speċifiċi.