Mur fil-kontenut

Policy Globali Dwar l-Użu taʼ Data Persunali

Policy Globali Dwar l-Użu taʼ Data Persunali

Aħna niġbru, inżommu, u nużaw din l-​informazzjoni persunali biss għar-​raġunijiet li int tkun bgħatt l-​informazzjoni, u nżommu din l-​informazzjoni biss sakemm ikun hemm bżonn għal dawn l-​iskopijiet jew għal skopijiet leġittimi oħra li jistgħu japplikaw. F’dawn is-sitwazzjonijiet, jekk int tagħżel li ma tagħtix xi informazzjoni persunali li tintalab minna, jistaʼ ma jkunx possibbli li jkollok aċċess għal ċerti partijiet tal-​website jew għal apps oħrajn provduti mill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc. jew biex aħna nwieġbu għar-​rikjesta tiegħek.

L-​informazzjoni li tipprovdi fir-​rikjesta jew l-​applikazzjoni tiegħek hi aċċessibbli għal dawk li jipproċessaw id-​data ħalli jitwettaq l-​iskop tal-​ipproċessar tad-​data u/jew għal speċjalisti li jagħtu appoġġ tekniku u li jagħmlu xogħol relatat mal-​ħidma u l-​manutenzjoni tas-​sistema teknika. Aħna ma nagħtux id-​data persunali tiegħek lil xi ħadd ieħor ħlief jekk (1) ikun neċessarju li nagħmlu hekk biex nagħtuk is-​servizz li tkun tlabt int u aħna nkunu informajniek b’kollox, (2) ġenwinament inkunu nemmnu li ngħaddu informazzjoni bħal din għax ikun neċessarju b’mod raġunevoli biex tissodisfa kwalunkwe liġi jew regolament li japplika, (3) ikun meħtieġ li tingħata minħabba rikjesta li tkun saret mill-​awtoritajiet li jinforzaw il-​liġi, jew (4) ikun neċessarju biex nindunaw u nevitaw frodi għas-​sigurtà jew kwistjonijiet tekniċi. Billi tuża din il-​website u l-apps kollha assoċjati magħha, int qed tagħti l-​kunsens tiegħek li nagħtu d-​data persunali tiegħek lil terzi persuni għal dawn l-​iskopijiet biss. Kwalunkwe data persunali li tagħti taħt l-​ebda ċirkustanza ma tinbiegħ, tiġi kummerċjata, jew tinkera.

UŻU TAʼ DATA PERSUNALI FUQ IL-WEBSITE

Il-​biċċa l-​kbira tal-​kontenut li ssib fil-​website tagħna jistaʼ jkollok aċċess għalih mingħajr ma tirreġistra jew tagħtina informazzjoni. Però, xi funzjonijiet huma disponibbli biss għal dawk li jirreġistraw, għal dawk li jagħmlu xi rikjesti jew japplikaw, jew għal dawk li d-​data persunali tagħhom hija trasmessa via jw.org permezz taʼ kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Aħna nipproċessaw id-​data persunali tiegħek bil-​permess tiegħek. F’ċerti każi, jekk int twaqqaf dan il-​permess, jistaʼ jkollna bażi leġittima legali biex inkomplu nipproċessaw id-​data tiegħek, dejjem jekk il-​ħtiġijiet legali rispettivi jintlaħqu.

Id-​data persunali li tagħti int fuq il-​website tintuża biss għall-​iskopijiet li tiġi mgħarraf bihom meta tkun bgħatt l-​informazzjoni. Dawn l-​iskopijiet jistgħu jinkludu dan li ġej:

Kontijiet. L-​indirizz elettroniku li tagħtina meta toħloq kont fuq din il-​website jistaʼ jintuża biex tiġi kkuntattjat rigward il-​kont tiegħek. Pereżempju, jekk tinsa l-​username jew il-​password tiegħek u titlob għajnuna biex tkun tistaʼ tilloggja, se tingħata għajnuna permezz taʼ messaġġ li jintbagħat fl-​indirizz elettroniku li tkun daħħalt fil-​profile tiegħek.

My Profile Page. Wara li toħloq kont, is-segretarju tal-kongregazzjoni tiegħek se jgħinek biex ikollok aċċess għall-My Profile feature. Jekk tagħżel li żżid iktar informazzjoni persunali fuq il-My Profile page fuq il-hub.pr418.com, int se tiġi mitlub jekk taqbilx li l-informazzjoni li tajt tiġi użata biex tidentifikak għal xi xogħol li jistaʼ jkun hemm u biex tiġi kkuntattjat. Jekk tgħin f’xi proġett u żżid l-abbiltajiet tiegħek fil-My Profile page tiegħek, assessur tas-snajjaʼ se jevalwa l-abbiltajiet tiegħek għall-proġett innifsu. Sabiex l-informazzjoni tiegħek tiġi pproċessata, din għandha mnejn tingħata, jekk hemm bżonn, lil uffiċċji tal-fergħa oħra tax-Xhieda taʼ Ġeħova, lill-kwartieri ġenerali tax-Xhieda taʼ Ġeħova, jew lil organizzazzjonijiet simili użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova f’diversi pajjiżi.

Applikazzjonijiet. Jekk int tikkwalifika skont it-twemmin u l-policies tax-Xhieda taʼ Ġeħova, int tistaʼ tuża din il-website biex titfaʼ applikazzjoni, jew il-kongregazzjoni tiegħek tistaʼ tuża din il-website biex titfaʼ applikazzjoni għan-nom tiegħek. Kull applikazzjoni tidentifika għal xiex qed tintuża, bħal li tapplika għal servizz reliġjuż ikbar jew biex titlob jew toffri akkomodazzjonijiet relatati maʼ konvenzjonijiet, assembleat, jew avvenimenti oħrajn. Id-data persunali tiegħek li jkun hemm f’applikazzjoni tistaʼ tinkludi informazzjoni persunali mogħtija minnek, minn anzjani lokali, jew minn indokratur tas-circuit lokali. L-informazzjoni li tiġi provduta tintuża biss biex aħna nipproċessaw u nikkunsidraw l-applikazzjoni tiegħek u għal skopijiet amministrattivi li jkunu relatati, inkluż li toħloq il-profile tiegħek bħala parti mill-proċess tal-applikazzjoni. Jekk ikun meħtieġ għall-ipproċessar tal-​applikazzjoni tiegħek, l-​informazzjoni li jkun hemm fuq l-​applikazzjoni tistaʼ tingħata wkoll lil fergħat oħrajn, lill-kwartieri ġenerali tax-Xhieda taʼ Ġeħova, jew lil organizzazzjonijiet simili oħrajn użati mix-​Xhieda taʼ Ġeħova f’diversi pajjiżi. Fil-każi kollha, l-applikazzjonijiet jiġu evalwati waħda waħda u mhumiex suġġetti għal deċiżjonijiet meħudin b’mod awtomatiku.

Kampanji taʼ Ppritkar Speċjali. Jekk tikkwalifika biex tapplika għal Kampanja taʼ Ppritkar Speċjali (“Kampanja”), int tistaʼ tuża din il-website biex titfaʼ applikazzjoni. Jekk jogħġbok ara informazzjoni oħra li tapplika għall-applikazzjonijiet kollha taħt is-sottitlu “Applikazzjonijiet” hawn fuq. Jekk tiġi magħżul biex tipparteċipa fil-Kampanja, id-data persunali tiegħek se tingħata lill-uffiċċju tal-fergħa tax-Xhieda taʼ Ġeħova li se jieħu ħsieb il-Kampanja u użata minnu. Id-data persunali użata għall-Kampanja se tinkludi l-informazzjoni taʼ kuntatt tiegħek, informazzjoni tal-grupp, informazzjoni dwar l-akkomodazzjoni, informazzjoni dwar meta tasal u titlaq mill-pajjiż, b’kemm-il lingwa taf titkellem, u kwalunkwe informazzjoni oħra li tagħti u li tkun meħtieġa għall-Kampanja. Il-Kumitat tal-Kampanja taʼ Ppritkar Speċjali tal-fergħa li se tieħu ħsieb il-Kampanja se juża d-data persunali tiegħek biex jorganizza l-Kampanja, jagħtik territorju fejn taħdem, u jorganizza l-akkomodazzjonijiet. Il-kuntatt tal-persuna fejn se taħdem u l-anzjani tal-kongregazzjoni li se jieħdu ħsieb l-inħawi fejn tkun assenjat se jużaw id-data persunali tiegħek biex jorganizzaw il-Kampanja fl-erja li se tinħadem. Jekk tagħżel li ma tagħtix id-data personali tiegħek jew titlob li din titħassar, int tistaʼ ma tikkwalifikax iktar biex tipparteċipa fil-Kampanja.

Klassijiet taʼ Taħriġ. Jekk tikkwalifika biex taħdem fuq xi proġett, inkluż proġetti taʼ bini, organizzatur tal-klassijiet taʼ taħriġ jistaʼ jistiednek tattendi klassi. Int tistaʼ taċċetta jew tirrifjuta stedina jew inkella tikkanċella l-attendenza qabel tibda l-klassi. Jekk taċċetta stedina, it-trainers tal-klassi se jieħdu nota tal-attendenza tiegħek, jiddeterminaw l-objettivi tiegħek f’li attendejt il-klassi, u jiktbu l-kummenti tagħhom. L-organizzaturi u t-trainers tal-klassijiet se jkunu jistgħu jirrivedu u jevalwaw l-abbiltajiet tiegħek li żidt fil-My Profile page tiegħek fuq il-hub.pr418.com. Sabiex l-informazzjoni tiegħek tiġi pproċessata, din għandha mnejn tingħata wkoll lil uffiċċji tal-fergħa oħra tax-Xhieda taʼ Ġeħova, lill-kwartieri ġenerali tax-Xhieda taʼ Ġeħova, jew lil organizzazzjonijiet simili użati mix-Xhieda taʼ Ġeħova f’diversi pajjiżi.

Donazzjonijiet. Jekk tagħti donazzjoni taʼ flus online, aħna nieħdu ismek u l-​informazzjoni taʼ kuntatt. Biex naċċettaw id-​donazzjonijiet permezz taʼ kredit kard, aħna nagħmlu użu minn pagamenti online li huma magħrufin li jagħtu servizz b’sigurtà kbira u li għandhom il-​policy li jżommu l-​informazzjoni privata. Aħna nistgħu nirċievu informazzjoni finanzjarja, bħal numru taʼ kredit kard jew numru taʼ kont finanzjarju li jkun neċessarju biex id-​donazzjoni tiegħek tiġi proċessata, u nagħtu l-​informazzjoni meħtieġa lil dawk li jipproċessaw is-​servizzi. Aħna nipproċessaw id-​donazzjoni tiegħek b’mod sigur billi nużaw miżuri li huma konformi mal-​Payment Card Industry Data Security Standard (“PCI DSS”). Ir-reċipjent tad-donazzjoni jżomm ir-rekords tad-donazzjoni għal kemm ikun hemm bżonn skont l-interessi leġittimi tar-reċipjent tad-donazzjoni jew skont kwalunkwe neċessità legali applikabbli. Dan jinkludi rekords tad-data tad-donazzjoni, l-ammont li ngħata, u l-metodu li bih tkun saret id-donazzjoni. Dan se jippermettilna biex inkunu konformi mal-liġijiet tal-accounts u biex inwieġbu kwalunkwe mistoqsija li jistaʼ jkollok matul dan il-perjodu. Aħna mhux se nikkuntattjawk biex nitolbuk tagħti iktar donazzjonijiet.

Talba għal Żjara. Tistaʼ wkoll titlob għal żjara minn wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova biex titgħallem iżjed dwar il-Bibbja jew dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova. Aħna se nużaw l-​informazzjoni persunali li tagħtina meta tagħmel ir-​rikjesta tiegħek f’affarijiet li għandhom x’jaqsmu biss mar-​rikjesta speċifika tiegħek. Ladarba tikkonferma r-rikjesta tiegħek, jistaʼ jkun hemm bżonn li l-​informazzjoni tiegħek tingħata lil fergħat oħrajn jew lil organizzazzjonijiet simili użati mix-​Xhieda taʼ Ġeħova sabiex tintlaħaq ir-​rikjesta tiegħek.

Skopijiet Oħrajn. Int tistaʼ tagħti d-​data persunali (bħal ismek, l-indirizz fejn toqgħod, u n-​numru tat-​telefown) għal skopijiet oħra u mhux biss għal meta toħloq kont, titfaʼ applikazzjoni, jew tagħti donazzjoni. F’kull każ, l-​iskop għala tiġi mistieden tagħtina l-​informazzjoni se jintgħamel ċar. Aħna mhux se nużaw l-​informazzjoni tiegħek għal skopijiet li ma jkunux intgħamlu ċari meta tajtna l-​informazzjoni tiegħek.

UŻU TA’ DATA PERSUNALI FIL-JW LIBRARY

L-użu tad-data personali tiegħek fil-JW Library hu deskritt fil-paġna How JW Library Uses Your Data.

Bħalma hu deskritt fuq dik il-paġna, l-app taħdem billi tiddawnlowdja d-data mill-website tal-jw.org. Il-website għandha aċċess għall-IP address tal-utent waqt dawn id-downloads. Id-data miġbura mill-website tintuża biex tipprovdi s-servizzi tal-app, biex ittejjibhom, u biex ikun hemm sigurtà. L-użi speċifiċi huma kif ġej: li tgħin lil min juża l-app biex ikollu aċċess għaliha u jużaha, li jsir xogħol fl-app biex dejjem tkun aħjar, li nevitaw u nindunaw bi frodi u software malizzjuż, u li jiġu mmaniġġati inċidenti taʼ sigurtà.

TRASFERIMENT TA’ DATA BARRA L-​PAJJIŻ

L-​organizzazzjoni reliġjuża topera globalment permezz taʼ diversi entitajiet lokali. Xi servers li huma responsabbli tal-​website u apps assoċjati qegħdin fl-​Istati Uniti tal-​Amerika. Aħna nistgħu nittrasferixxu d-​data tiegħek barra l-​pajjiż fejn toqgħod, u dan jistaʼ jinkludi pajjiżi fejn il-​liġijiet ikollhom livelli differenti taʼ protezzjoni tad-​data li mhux dejjem ikunu ekwivalenti mal-​livell tal-​protezzjoni tad-​data tal-​pajjiż li tkun qed toqgħod fih. Waqt li nkunu qed nimmaniġġaw u nittrasferixxu d-​data persunali tiegħek, aħna nieħdu miżuri li huma mfassla biex jipproteġu d-​data tiegħek. Aħna nistennew li l-​organizzazzjonijiet kollha li jużaw ix-​Xhieda taʼ Ġeħova u li jappoġġaw ix-​xogħol tagħhom isegwu l-​policies tagħna tal-​protezzjoni tad-​data u l-​liġijiet u r-​regolamenti effettivi dwar id-​data persunali.

Billi żżur din il-​website u tikkomunika magħna b’mod elettroniku, int tkun qed tagħti l-​kunsens tiegħek biex isiru dawn it-​trasferimenti. F’ħafna każi, aħna nużaw ukoll il-ftehim għal trasferimenti bħal dawn, bħalma huma l-istandard contractual clauses.

ID-​DRITTIJIET TIEGĦEK

Kull meta nipproċessaw id-​data persunali tiegħek, aħna nieħdu passi raġunevoli biex nagħmlu ċert li l-​informazzjoni tiegħek tkun eżatta u aġġornata għall-​iskopijiet li għalihom tkun ġiet miġbura. Skont il-​pajjiż li tgħix fih u l-​liġijiet tal-​protezzjoni tad-​data li jkunu japplikaw lokalment, int jistaʼ jkollok id-​drittijiet li ġejjin rigward id-​data persunali li tkun tajtna:

  • Int tistaʼ titlob informazzjoni rigward il-​ġbir u l-​użu tal-​informazzjoni persunali tiegħek skont il-​liġijiet lokali li huma applikabbli.

  • Int tistaʼ titlob biex taċċessa, twaqqaf, jew tħassar l-​informazzjoni persunali tiegħek, jew tikkoreġiha jekk mhix kompluta jew mhix eżatta.

  • Meta jkollok raġunijiet leġittimi biex tagħmel dan, int tistaʼ toġġezzjona biex ma jsirx l-​ipproċessar tal-​informazzjoni persunali tiegħek u tagħmel rikjesta biex ma nipproċessawx id-​data tiegħek iżjed.

Jekk il-​pajjiż li tgħix fih għandu liġijiet dwar il-​protezzjoni tad-​data li huma applikabbli u int tixtieq li jkollok aċċess, tikkoreġi, jew tħassar id-​data persunali tiegħek, int tistaʼ ssib l-​informazzjoni taʼ kuntatt fuq il-​paġna tad-​Data Protection Contacts.

Malli nirċievu r-​rikjesta tiegħek bil-​miktub, u wara li tkun tajtna biżżejjed evidenza tal-​identità tiegħek u biżżejjed informazzjoni biex tippermettilna nidentifikaw id-​data persunali tiegħek, il-​kontrollur kompetenti tad-​data se jikkunsidra sew jekk jaċċettax ir-​rikjesta tiegħek billi jibbilanċja l-​interessi tal-​individwu f’li jikseb aċċess għad-​data jew jikkoreġi jew iħassar id-​data kontra l-​interessi leġittimi tal-​organizzazzjoni. Se jikkunsidra wkoll jekk l-​aċċettar tar-​rikjesta tiegħek jipperikolax id-​dritt tal-​organizzazzjoni f’dik li hi libertà u prattika reliġjuża. Se navżaw ukoll lil kwalunkwe terzi persuni li jkunu rċivew id-​data biex jagħmlu l-​bidliet neċessarji.

Jekk jogħġbok innota li d-​data tiegħek ma tistax tiġi mħassra jekk l-​ipproċessar ikun meħtieġ mil-​liġi jew jekk id-​data tistaʼ tinżamm fuq bażijiet legali oħra. Pereżempju, l-​organizzazzjoni reliġjuża għandha interess li żżomm b’mod permanenti d-​data dwar l-​istatus taʼ individwu bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Jekk xi ħadd iħassar din l-​informazzjoni jkun qed imur kontra t-​twemmin u l-​prattiki reliġjużi tal-​organizzazzjoni. It-​talbiet biex titħassar id-​data persunali huma suġġetti għal kwalunkwe ħtiġijiet legali applikabbli biex dawn jiġu rrapportati jew ħtiġijiet dwar kemm għandhom jinżammu d-​dokumenti imposti fuqna. Tistaʼ wkoll tippreżenta lment mal-​awtorità tal-​protezzjoni tad-​data lokali tiegħek dwar l-​ipproċessar tad-​data li kont tajt permezz taʼ din il-​website.