Policy Globali Dwar l-Użu taʼ Cookies u Teknoloġiji Simili
Sabiex nipprovdulek l-aħjar servizz diġitali, aħna għandna mnejn nieħdu ammont żgħir taʼ informazzjoni mill-mowbajl, it-tablet, jew il-hard drive tal-kompjuter tiegħek billi jintużaw il-cookies u teknoloġiji simili. Il-cookies jgħinu biex din il-website taħdem u jipprovdulna informazzjoni dwar kif qed jinteraġixxu dawk li jużaw il-website tagħna. Aħna nużaw din l-informazzjoni biex intejbu l-website tagħna. Aħna ma nipprovawx nidentifikaw lil dawk li jżuru l-website individwalment sakemm ma jibagħtux minn jeddhom id-dettalji tagħhom permezz taʼ waħda mill-formoli jew mill-applikazzjonijiet fuq il-website. L-użu tat-terminu “cookies” f’din il-Policy huwa vast u jinkludi teknoloġiji simili bħal localStorage, web beacons, pixels, u identifiers. Dawn it-teknoloġiji jistgħu jipprovdulna ċerti tipi taʼ informazzjoni fuq il-kompjuter tiegħek, bħall-qies tal-iskrin, il-ħin u d-data taʼ meta tara xi paġna, u l-URL tal-paġna li fittixt.
L-ebda informazzjoni li nżommu jew niksbu mhi se tinbiegħ, użata għall-kummerċjalizzazzjoni, jew użata biex niftakru websites oħra li żort fuq l-Internet. Aħna ma nużawx reklamar immirat jew cookies tal-kummerċjalizzazzjoni.
Tipi taʼ Cookies. Hemm diversi tipi taʼ cookies li jagħmlu xogħol differenti u li ġeneralment itejbu l-esperjenza tiegħek fuq il-website. Aħna nistgħu nużaw il-cookies biex juruna jekk użajtx il-website qabel jew biex ifakkruna l-preferenzi li tagħżel int meta tuża l-website. Pereżempju, aħna nistgħu naħżnu l-lingwa li għażilt int f’cookie sabiex inkunu nistgħu nużaw din il-lingwa meta int terġaʼ tidħol fil-website.
It-tipi taʼ cookies użati fuq din il-website jistgħu jiġu klassifikati f’waħda minn tliet kategoriji:
Strictly Necessary Cookies. Xi cookies huma essenzjali biex il-website tagħna tiffunzjona, biex tgħinek tfittex fuq il-website tagħna, jew biex tuża ċerti features tal-website. Ġeneralment, huma magħmulin biss għal meta titlob għal xi servizz, bħal biex tissettja l-preferenzi tal-privatezza tiegħek, biex tilloggja, jew timla xi formoli. Mingħajr dawn il-cookies, servizzi li għamilt talba għalihom, bħal li tagħmel donazzjoni online, ma jkunux jistgħu jiġu provduti. Dawn il-cookies ma jiġbrux informazzjoni dwarek li tistaʼ tintuża għall-kummerċjalizzazzjoni jew jiftakru fejn dħalt fuq l-Internet.
Functionality Cookies. Dawn jintużaw biex iħallu l-website tiftakar għażliet li tagħmel int (bħall-username, il-lingwa, jew ir-reġjun tiegħek) u jipprovdu features taʼ kwalità tajba. Dawn il-cookies itejbu l-esperjenza tiegħek fuq is-sit tagħna, itejbu l-mod kif jaħdem is-sit, u jippermettulek tadatta s-sit skont il-gosti tiegħek.
Diagnostic and Usage Cookies. Dawn jintużaw biex tinġabar informazzjoni dijanjostika u dwar kif tiġi użata din il-website. Dan jinkludi informazzjoni dwar kif il-viżitaturi jużaw u jinteraġixxu maʼ din il-website, pereżempju, kemm-il darba n-nies iżuru l-website jew kemm idumu fuqha bejn wieħed u ieħor. Din l-informazzjoni tiġi użata biss biex intejbu l-mod kif taħdem din il-website, inkluż il-mod kif inhi mqassma, kif taħdem, u l-istabbiltà tagħha.
Il-biċċa l-kbira tal-cookies tagħna huma first-party u huma ssettjati mill-website tagħna. Ftit minnhom huma third-party cookies u huma ssettjati minn websites differenti. Fl-eżempji tal-cookies li semmejna, aħna nuru b’mod ċar meta nużaw third-party cookies.
L-Użu taʼ IP Addresses. L-IP address huwa kowd bin-numri li jidentifika l-apparat elettroniku tiegħek fuq l-Internet. Aħna nużaw l-IP address tiegħek u liema browser qed tuża biex jgħinuna nanalizzaw b’liema mod qed tintuża l-website, nindunaw bi problemi fuq din il-website, biex intejbu s-servizz li noffrulek, u biex nipprovdu u nipproteġu s-sigurtà tal-website.
L-Għażla Tiegħek. Int tistaʼ timmaniġġa l-preferenzi tal-cookies tiegħek meta trid billi tikklikkja fuq “Privacy Settings” li qiegħda fin-naħa t’isfel tal-paġna fuq kull website li għandna (ara l-lista hawn taħt). Cookies li huma strettament neċessarji m’għandhomx bżonn il-permess tiegħek. Aħna jkollna bżonn il-permess tiegħek għall-cookies l-oħrajn kollha qabel ma npoġġuhom jew inneħħuhom mill-apparat elettroniku tiegħek. Jekk jogħġbok innota li meta tibdel il-preferenzi tiegħek, dan ma jneħħix cookies eżistenti. Jekk tixtieq li tneħħi l-cookies minn din il-website, int tistaʼ tagħmel dan permezz tas-settings fuq il-browser tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li mingħajr cookies ma tkunx tistaʼ tieħu vantaġġ sħiħ mill-features kollha tal-website tagħna. Il-mod kif jitneħħew il-cookies ivarja minn browser għal ieħor. Int tistaʼ tfittex fil-Help menu tal-web browser tiegħek għall-istruzzjonijiet kollha jew żur www.allaboutcookies.org.
Agħżel website mil-lista t’hawn taħt biex tara eżempji tal-użu tagħna tal-cookies fuq dik il-website.
Ara wkoll Cookies u Teknoloġiji Simili Użati minn Diversi Websites Tagħna.