Ġesù Kien Sempliċement Raġel Tajjeb?
It-tweġiba mill-Bibbja
Ġesù kien iktar minn sempliċi raġel tajjeb. Biss biss, wera li kien l-iktar raġel influwenti fl-istorja tal-bniedem. Innota x’qalu dawn l-istorjografi u l-kittieba famużi dwaru:
“Ġesù taʼ Nazaret . . . huwa bla dubju taʼ xejn il-figura dominanti fl-istorja.”—H. G. Wells, storjografu Ingliż.
“Il-ħajja taʼ [Ġesù] hi iktar influwenti mill-ħajja taʼ kwalunkwe bniedem li qatt għex fuq din il-pjaneta u l-effett tagħha tkompli tiżdied.”—Kenneth Scott Latourette, storjografu u awtur Amerikan.
Il-Bibbja tidentifika għala Ġesù kellu impatt ikbar minn kwalunkwe raġel tajjeb ieħor li qatt għex. Meta Ġesù staqsa lill-iktar dixxipli qrib tiegħu min kienu jaħsbu li kien, wieħed minnhom wieġeb b’mod korrett: “Int il-Kristu, Bin l-Alla l-ħaj.”—Mattew 16:16.