Tistaʼ l-Bibbja Tgħinni Biex Ikolli Familja Ferħana?
It-tweġiba tal-Bibbja
Iva. Hawnhekk se ssib xi eżempji taʼ pariri għaqlin ibbażati fuq il-Bibbja li għenu lil miljuni taʼ rġiel u nisa biex ikollhom il-ferħ fil-familja:
Illegalizzaw iż-żwieġ tagħkom. Li timpenja ruħek għal ħajtek bi żwieġ legali hu l-pedament għal familja ferħana.—Mattew 19:4-6.
Uru mħabba u rispett. Dan jinkludi li tittratta lis-sieħeb tiegħek bil-mod li int tixtieq tiġi trattat.—Mattew 7:12; Efesin 5:25, 33.
Evitaw kliem aħrax. Tkellem bil-ħlewwa, anki jekk is-sieħeb tiegħek jgħid jew jagħmel xi ħaġa li tweġġaʼ. (Efesin 4:31, 32) Bħalma tgħid il-Bibbja fi Proverbji 15:1: “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla, imma kelma li tweġġaʼ tqajjem ir-rabja.”
Kunu leali lejn xulxin. L-attenzjoni romantika u sesswali ħallieha biss għall-persuna li żżewwiġt. (Mattew 5:28) Il-Bibbja tgħid: “Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis.”—Ebrej 13:4.
Ħarrġu lil uliedkom bl-imħabba. Evita kemm li tħallihom jagħmlu li jridu u kemm li tkun aħrax.—Proverbji 29:15; Kolossin 3:21.