Huwa x-Xitan il-Kaġun tat-Tbatija Kollha?
It-tweġiba tal-Bibbja
Il-Bibbja tirrivela li Satana x-Xitan huwa persuna reali li, bħal perċimes kriminali potenti, jara li r-rieda tiegħu titwettaq permezz taʼ “sinjali giddibin” u “qerq.” Fil-fatt, il-Bibbja tgħid li hu “jibqaʼ jinbidel f’anġlu tad-dawl.” (2 Tessalonikin 2:9, 10; 2 Korintin 11:14) L-eżistenza tax-Xitan hi evidenti fil-ħsara li hu jikkaġuna.
Madankollu, ix-Xitan mhuwiex responsabbli għat-tbatija kollha. Għala le? Alla ħalaq lill-bnedmin bil-kapaċità li jew jagħżlu li jagħmlu dak li hu tajjeb jew dak li hu ħażin. (Ġożwè 24:15) Meta ma nagħmlux għażliet għaqlin, ikollna konsegwenzi ħżiena.—Galatin 6:7, 8.