Jista’ Kristjan Jaċċetta Kura Medika?
It-tweġiba tal-Bibbja
Iva, dażgur. Ġesù ta x’jifhem li s-segwaċi tiegħu jistgħu jieħdu kura medika meta qal li “nies f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, imma l-morda iva.” (Mattew 9:12) Għalkemm il-Bibbja mhijiex xi ktieb mediku, xorta tipprovdi prinċipji li huma taʼ gwida għal dawk li jridu jogħġbu lil Alla.
Mistoqsijiet li trid tistaqsi lilek innifsek
1. Nifhem x’inhi l-kura li ġiet proposta? Il-Bibbja tagħti l-parir li wieħed ifittex informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha minflok ma “jafda f’kull kelma li jismaʼ.”—Proverbji 14:15.
2. Għandi nfittex parir mediku taʼ xi tobba oħrajn? Jistaʼ jkun taʼ ġid “meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri,” speċjalment jekk il-kundizzjoni tiegħek tkun waħda serja.—Proverbji 15:22.
3. Tinvolvi l-kura ksur tal-kmand Bibliku biex ‘nitbiegħdu. . . mid-demm’?—Atti 15:20.
4. Jintuża spiritiżmu fid-dijanjosi jew fil-kura? Il-Bibbja tikkundanna “l-ipprattikar taʼ l-ispiritiżmu.” (Galatin 5:19-21) Sabiex tkun taf jekk l-ispiritiżmu jkunx involut, ikkunsidra mistoqsijiet bħal dawn li ġejjin:
It-tabib juża l-ispiritiżmu?
Hija l-kura bbażata fuq it-twemmin li l-mard hu kaġunat minn allat li ġew offiżi jew minn għedewwa li jużaw il-magħmul?
Jintużaw sagrifiċċji, seħer, jew ritwali jew oġġetti spiritistiċi oħrajn fit-tħejjija jew fl-użu tal-mediċina?
5. Qed insir ossessjonat dwar saħħti? Il-Bibbja tagħti l-parir: “Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.” (Filippin 4:5) Jekk tkun raġunevoli se tiġi megħjun tiffoka fuq “dak li hu iktar importanti,” bħalma huma l-affarijiet spiritwali.—Filippin 1:10; Mattew 5:3.