Liema Huma Żewġ Raġunijiet Għala Alla Ma Jwiġibx Ċertu Talb?
It-tweġiba tal-Bibbja
Hemm xi talb li Alla ma jwiġibx. Ikkunsidra żewġ fatturi li jġiegħlu lil Alla jinjora t-talb taʼ persuna.
1. It-talb imur kontra r-rieda t’Alla
Alla ma jwiġibx talb li jmur kontra r-rieda, jew il-ħtiġijiet, tiegħu li tinsab fil-Bibbja. (1 Ġwanni 5:14) Pereżempju, il-Bibbja tirrikjedi li nevitaw li nkunu rgħiba. Il-logħob tal-ażżard jippromwovi r-regħba. (1 Korintin 6:9, 10) Mela, Alla mhux se jwieġeb it-talb tiegħek jekk titlob biex tirbaħ il-lotterija. Alla mhuwiex xi ħadd li meta tfaqqaʼ subgħajk jagħtik dak li trid. Fil-fatt, tistaʼ tkun grat għal dan. Inkella, għandek mnejn tibżaʼ dwar dak li l-oħrajn jistgħu jitolbu lil Alla.—Ġakbu 4:3.
2. Il-persuna li titlob taġixxi b’mod ribelluż
Alla ma jismax lil dawk li huma determinati li joffenduh bl-azzjonijiet tagħhom. Pereżempju, Alla qal lil dawk li sostnew li jaqduh imma aġixxew b’mod ribelluż: “Avolja tgħidu ħafna talb, m’iniex nismaʼ; idejkom imtlew bit-tixrid taʼ demm.” (Isaija 1:15) Imma li kieku daru minn triqathom u ‘rranġaw l-affarijiet’ m’Alla, kien jismagħhom meta talbuh.—Isaija 1:18.