Huwa Alla li Jaħti għat-Tbatija Tagħna?
It-tweġiba tal-Bibbja
Il-Bibbja twieġeb ċar u tond le! It-tbatija ma kinitx parti mill-iskop t’Alla Ġeħova għall-umanità. Madankollu, l-ewwel koppja umana rribellaw kontra l-ħakma t’Alla billi għażlu li jistabbilixxu l-livelli tagħhom stess taʼ x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Huma taw daharhom lil Alla u sofrew il-konsegwenzi.
Illum qed nesperjenzaw l-effetti tal-għażla ħażina tagħhom. Iżda bl-ebda mod ma kien Alla li ġab it-tbatija fuq l-umanità.
Il-Bibbja tgħid: “Meta jkun għaddej minn prova, ħalli ħadd ma jgħid: ‘Alla qed jgħaddini minn prova.’ Għax Alla la jistaʼ jiġi provat u lanqas ma jipprova lil ħadd b’affarijiet ħżiena.” (Ġakbu 1:13) It-tbatija tistaʼ tolqot lil kulħadd—saħansitra lil dawk li jkollhom l-approvazzjoni t’Alla.