STUDJA L-BIBBJA MAʼ XI ĦADD
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!
Meta tistudja l-Bibbja b’xejn, se ssir taf it-tweġibiet għal mistoqsijiet bħal:
Kif nistaʼ nkun vera ferħan?
Il-ħażen u t-tbatija qatt se jispiċċaw?
Qatt se nerġaʼ nara lil tal-familja u ħbieb li mietu?
Alla vera jimpurtah minni?
Kif nistaʼ nitlob u nkun naf li Alla qed jismagħni?
B’Xejn
Se tistudja l-Bibbja b’xejn. Se tirċievi b’xejn ukoll il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!, u jekk għandek bżonn, Bibbja.
X’Tippreferi Int
Tistaʼ tiltaqaʼ maʼ xi ħadd fejn trid jew fuq l-Internet, u fi x’ħin trid.
M’Intix Marbut
Tistaʼ tieqaf tistudja l-Bibbja meta tixtieq.
X’jiġri fi studju tal-Bibbja?
Xi ħadd se jgħinek titgħallem il-Bibbja, suġġett suġġett. Inti u tiddiskuti Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! se titgħallem bil-mod il-mod x’inhu l-messaġġ tal-Bibbja u kif jistaʼ jgħinek. Biex tkun taf iktar, ara dal-vidjow jew ftit mill-mistoqsijiet komuni dwar l-istudju.
Lest biex tipprova?
Agħfas il-buttuna biex tagħmel appuntament għall-ewwel studju tal-Bibbja tiegħek.