Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum
‘Kif nistaʼ nikkomunika mal-ġenituri tiegħi?’ ‘Kif nistaʼ nagħmel ħbieb?’ ‘X’fih ħażin is-sess każwali?’ ‘Għala jaqbduni daqshekk dwejjaq?’
Jekk staqsejt lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn, m’intix waħdek. Għandek mnejn ngħatajt tweġibiet differenti għalkollox—jiddependi mis-sors fejn dort għall-gwida. Il-ktieb Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, l-1 Volum, jistaʼ jgħinek. Il-pariri tiegħu huma bbażati fuq il-prinċipji prattiċi li jinsabu fil-Bibbja. Il-Kelma t’Alla għenet lil miljuni taʼ nies biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-ħajja b’suċċess. Sir af kif jistaʼ jgħinek!
Dan il-volum jinkludi s-sezzjonijiet li ġejjin:
Int u l-Familja Tiegħek
L-Identità Tiegħek
Ġewwa u Barra l-Iskola
Is-Sess, il-Morali, u l-Imħabba
Imġiba li Tagħmillek il-Ħsara
Il-Ħin Liberu Tiegħek
Il-Qima Tiegħek
Appendiċi għall-Ġenituri
Int tistaʼ tniżżel il-ktieb bħala PDF, jew titlob kopja stampata billi tikteb lill-uffiċċji tagħna.
Nota: Il-PDF taʼ dan il-ktieb issa fih postijiet fejn tistaʼ tikteb. Jekk is-softwer fl-apparat elettroniku tiegħek jippermettilek tagħmel dan, tistaʼ ddaħħal il-kummenti u t-tweġibiet tiegħek direttament fil-kopja tiegħek tal-ktieb.