Mur fil-kontenut

ĠIE DISINJAT?

Il-mod kif il-carpenter ant tnaddaf l-antenna b’sieqha

Il-mod kif il-carpenter ant tnaddaf l-antenna b’sieqha

 L-indafa hi importanti ħafna biex l-insetti jkunu jistgħu jtiru, jitilgħu mal-affarijiet, u jkunu jafu x’hemm madwarhom. Pereżempju, jekk nemlu jkollu l-antenna maħmuġa se jkun diffiċli għalih biex jikkomunika, ikun jaf fejn irid imur, u jagħraf l-irwejjaħ. Alexander Hackmann, li għamel studju xjentifiku fuq in-nemel, jgħid: “Qatt mhu se ssib insett maħmuġ.” “Dawn sabu mod kif ikampaw mal-kontaminazzjoni.”

 Ikkunsidra: Alexander Hackmann u l-kollegi tiegħu studjaw il-mod kif tip taʼ carpenter ant (Camponotus rufifemur) inaddaf l-antenni tiegħu. Huma skoprew li n-nemla tneħħi frak taʼ daqs differenti minn mal-antenna tagħha billi tilwi sieqha u tgħaddi l-antenna minn fejn tkun ilwiet. Mas-sieq tan-nemla hemm xagħar żgħir li jneħħi l-frak il-kbir. Frak iċken jitneħħa bi speċi taʼ pettne magħmul minn xagħar iżgħar maʼ sieq in-nemla. L-ispazju taʼ bejn kull xagħra minnhom hu eżatt daqs il-wisaʼ tax-xagħar taʼ mal-antenna tan-nemla. L-iktar frak żgħir jitneħħa b’xagħar li terġaʼ hu irqaq mix-xagħar l-ieħor. Dan il-frak ikun ħafna iċken minn nofs kwart tal-wisaʼ taʼ xagħra taʼ bniedem.

 Ara kif in-nemla carpenter ant tnaddaf l-antenni

 Alexander Hackmann u t-tim tiegħu jemmnu li l-mod kif in-nemel inaddaf l-antenna tiegħu jistaʼ jkun t’għajnuna fl-industrija. Pereżempju, metodi simili jistgħu jintużaw biex tinżamm l-indafa waqt il-produzzjoni t’oġġetti elettroniċi rqaq ħafna fejn anki l-inqas kontaminazzjoni tistaʼ toħloq il-ħsara.

 Int x’taħseb? Il-mod tant tajjeb kif din in-nemla carpenter ant tnaddaf l-antenna evolva? Jew ġie disinjat?