Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova li Alla Ħalaq Kollox f’Sitt Ijiem Letterali?
Le. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li Alla ħalaq kollox. Imma ma naqblux mat-tagħlim li nħalaq kollox f’sitt ijiem letterali jew li d-dinja ilha teżisti biss ftit eluf taʼ snin. Għala le? Għax dan it-tagħlim ma jaqbilx mal-Bibbja. Ikkunsidra ż-żewġ eżempji li ġejjin:
It-tul tas-sitt ijiem tal-ħolqien. Xi nies jgħidu li s-sitt ijiem tal-ħolqien kienu letteralment jiem taʼ 24 siegħa. Imma l-kelma “jum” fil-Bibbja tistaʼ tirreferi għal tul taʼ żmien konsiderevoli.—Ġenesi 2:4; Salm 90:4.
Kemm ilha teżisti d-dinja. Xi nies jgħallmu li d-dinja ilha biss ftit eluf taʼ snin. Madankollu, skont il-Bibbja, id-dinja u l-univers eżistew qabel is-sitt ijiem tal-ħolqien. (Ġenesi 1:1) Għal din ir-raġuni, ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma joġġezzjonawx għal riċerka xjentifika taʼ min joqgħod fuqha li tindika li d-dinja għandha mnejn ilha teżisti biljuni taʼ snin.
Għalkemm bħala Xhieda taʼ Ġeħova nemmnu fil-ħolqien, m’aħniex kontra x-xjenza. Aħna nemmnu li xjenza eżatta u l-Bibbja huma kompatibbli.