Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova Protestanti?
Le. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani, imma ma nikkunsidrawx lilna nfusna bħala Protestanti. Għala le?
Il-protestantiżmu ġie definit bħala “moviment reliġjuż li jopponi lill-Kattoliċiżmu Ruman.” Filwaqt li hu minnu li x-Xhieda taʼ Ġeħova ma jaqblux mat-tagħlim tal-Knisja Kattolika, aħna ma nikkunsidrawx lilna nfusna bħala Protestanti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:
Għadd taʼ twemmin Protestant imur kontra dak li verament tgħallem il-Bibbja. Pereżempju, il-Bibbja tgħallem li “hemm Alla wieħed,” mhux Trinità. (1 Timotju 2:5; Ġwanni 14:28) U tgħallem b’mod ċar li Alla ma jikkastigax lil dawk mill-agħar fin-nar tal-infern imma jeqridhom darba għal dejjem.—Salm 37:9; 2 Tessalonikin 1:9.
Aħna la nipprotestaw kontra u lanqas nipprovaw inbiddlu l-Knisja Kattolika jew kwalunkwe grupp reliġjuż ieħor. Għall-kuntrarju, aħna sempliċement nippritkaw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla u nagħmlu ħilitna biex ngħinu lil oħrajn jibnu l-fidi f’dik l-aħbar tajba. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Il-mira tagħna mhijiex li nbiddlu gruppi reliġjużi oħrajn, imma li ngħallmu lill-individwi sinċieri l-verità dwar Alla u l-Kelma tiegħu, il-Bibbja.—Kolossin 1:9, 10; 2 Timotju 2:24, 25.