Il-Kongregazzjonijiet Tagħkom Kif Inhuma Organizzati?
Ġemgħa t’anzjani tieħu ħsieb kull kongregazzjoni. Madwar 20 kongregazzjoni jifformaw circuit, u madwar 10 circuits jgħaqqdu distrett. Minn żmien għal żmien, il-kongregazzjonijiet ikollhom żjajjar minn anzjani li jivvjaġġaw, magħrufin bħala indokraturi tas-circuit u indokraturi tad-distrett.
Gwida u istruzzjonijiet ibbażati fuq il-Bibbja jiġu provduti minn Ġemgħa li Tiggverna magħmula minn uħud li ilhom Xhieda għal ħafna snin u li bħalissa qed jaħdmu fl-uffiċċji internazzjonali tax-Xhieda taʼ Ġeħova fi Brooklyn, New York.—Atti 15:23-29; 1 Timotju 3:1-7.