Mur fil-kontenut

X’Inhu l-Kors tal-Bibbja li Joffru x-Xhieda taʼ Ġeħova?

X’Inhu l-Kors tal-Bibbja li Joffru x-Xhieda taʼ Ġeħova?

 X’jiġri waqt li qed nistudja l-​Bibbja?

 Persuna se tgħinek issir taf il-​Bibbja billi tistudjawha suġġett suġġett. Int se titgħallem x’tgħid il-​Bibbja u kif tistaʼ tgħinek billi tużaw il-​ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Biex tkun taf iktar, ara dan il-​vidjow.

 Irrid inħallas għal dan il-​kors?

 Le. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jobdu dak li qal Ġesù lid-​dixxipli tiegħu: “Irċivejtu b’xejn, agħtu b’xejn.” (Mattew 10:8) Aħna ntuk Bibbja u l-​ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! b’xejn.

 Kemm hu twil il-​kors?

 Il-​kors fih 60 lezzjoni. Int tiddeċiedi kemm tagħmel lezzjonijiet fil-​ġimgħa. Ħafna studenti jagħmlu lezzjoni jew iktar fil-​ġimgħa.

 Xi rrid nagħmel biex nibda?

  1.  1. Imla l-​formola fuq jw.org. L-​informazzjoni personali li tikteb fil-​formola se nużawha biss biex xi ħadd mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jikkuntattjak.

  2.  2. Se jikkuntattjak xi ħadd. Hu se jispjega xi jsir fil-​kors tal-​Bibbja u jwieġeb xi mistoqsijiet li jkollok.

  3.  3. Ippjanaw il-​ħin u l-​post. L-​istudju jistaʼ jsir bit-​telefown, b’video call, bl-​ittri, bl-​email, jew billi tiltaqaʼ maʼ min se tistudja miegħu. Normalment studju jdum madwar siegħa, imma jistaʼ jdum iktar jew inqas skont kemm tistaʼ int.

 Nistaʼ nibda bi ftit lezzjonijiet?

 Iva. Biex tagħmel dan, imla l-​formola fuq jw.org. Meta jikkuntattjak dak li se jistudja miegħek, għidlu li tixtieq tipprova l-​istudju biex tara kif tmur. Hu jew hi se tuża l-​browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Dan fih tliet lezzjonijiet li se jgħinuk tara jekk tixtieqx tkompli.

 Jekk naċċetta studju tal-​Bibbja, se jkolli nsir wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova?

 Le. Għalkemm bħala Xhieda taʼ Ġeħova nieħdu pjaċir ngħallmu l-​Bibbja lin-​nies, aħna ma nisforzaw lil ħadd biex jingħaqad magħna. Anzi, aħna nirrispettaw li int għandek id-​dritt tagħżel x’temmen. Fil-​fatt, il-​Bibbja hekk tgħallimna.—1 Pietru 3:15.

 Nistaʼ nuża l-​Bibbja tiegħi?

 Iva, tistaʼ tuża liema Bibbja tixtieq. Aħna nieħdu pjaċir nużaw it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida ta’ l-​Iskrittura Mqaddsa li hi ċara u eżatta. Imma nafu li ħafna nies jippreferu jużaw Bibbja li huma komdi biha.

 Nistaʼ ngħid lil xi ħadd ieħor joqgħod miegħi għall-​istudju?

 Iva. Tistaʼ tistieden lill-​familja tiegħek jew lill-​ħbieb.

 Jekk qabel kont nistudja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, nistaʼ nerġaʼ nistudja?

 Iva. Fil-​fatt, il-​kors jistaʼ jogħġbok iżjed minn qabel, għax hu iżjed addattat għall-​ħajja mgħaġġla li qed ngħixu. Dal-​kors hu iktar forma taʼ diskussjoni u fih iżjed stampi u vidjows.

 Għandkom xi ħaġa biex nistudja l-​Bibbja waħdi?

 Iva. Ħafna jitgħallmu iżjed meta jgħinhom xi ħadd. Waqt li oħrajn, jippreferu jibdew jistudjaw waħedhom. Fil-​website tagħna hemm parti jisimha Għodod li Jgħinuk Tistudja l-​Bibbja. Fiha affarijiet bħal artikli u vidjows li se jgħinuk tistudja l-​Bibbja. Ftit minnhom huma: