Intom Għala Titkellmu maʼ Nies li Diġà Jkollhom Reliġjon?
Aħna rrealizzajna li ħafna nies li diġà jkollhom reliġjon jieħdu pjaċir jiddiskutu suġġetti mill-Bibbja. M’għandniex xi ngħidu, aħna nirrispettaw id-dritt li persuna tħaddan twemmin differenti minn tagħna, u ma nisforzawx lil ħaddieħor jaċċetta l-messaġġ tagħna.
Meta niddiskutu dwar ir-reliġjon, aħna nipprovaw napplikaw il-parir tal-Bibbja biex nagħmlu dan “bil-ħlewwa” u biex nuru “rispett profond” lejn il-persuna l-oħra. (1 Pietru 3:15) Aħna ma nistennewx li kulħadd se jaċċetta l-messaġġ li nwasslu. (Mattew 10:14) Madankollu, ma nafux kif in-nies se jirreaġixxu; ir-reazzjoni tagħhom narawha meta nkellmuhom. Nafu wkoll li ċ-ċirkustanzi tan-nies jinbidlu.
Pereżempju, persuna forsi jkollha wisq x’tagħmel biex toqgħod titkellem magħna imma darb’oħra tkun lesta li tkellimna. U n-nies forsi jiffaċċjaw sitwazzjonijiet jew problemi ġodda li jridu jkampaw magħhom, u dan iqanqalhom biex jieħdu interess fil-messaġġ tal-Bibbja. Għalhekk, aħna nistinkaw biex inkellmu lin-nies iktar minn darba.