Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala l-Post Fejn Jiltaqgħu Ma Jsejħulux Knisja?
Fil-Bibbja, il-kelma Griega li kultant tiġi tradotta “knisja” tirreferi għal grupp taʼ aduraturi, mhux għall-bini li jiltaqgħu fih.
Innota dan l-eżempju: Meta l-appostlu Pawlu kiteb lill-Kristjani f’Ruma, hu bagħat iselli għall-koppja jisimhom Akwila u Prixilla u żied: “Inselli wkoll għall-knisja li tiltaqaʼ f’darhom.” (Rumani 16:5, Il-Bibbja tal-Għaqda Biblika Maltija) Ma kienx il-ħsieb taʼ Pawlu li jselli għall-bini. Pjuttost, kien qed iselli għan-nies—il-kongregazzjoni li kienet tiltaqaʼ f’dik id-dar. a
Allura minflok ma nsejħu l-post fejn inqimu knisja, nużaw l-isem “Sala tas-Saltna.”
Għala “Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova”?
Dan l-isem hu xieraq għal għadd taʼ raġunijiet:
Il-bini hu sala, jew post għal-laqgħat.
Aħna niltaqgħu biex inqimu lil Ġeħova, l-Alla tal-Bibbja, u biex nagħtu xhieda dwaru.—Salm 83:18; Isaija 43:12.
Niltaqgħu wkoll biex nitgħallmu dwar is-Saltna t’Alla, li Ġesù tkellem spiss dwarha.—Mattew 6:9, 10; 24:14; Luqa 4:43.
Int mistieden iżżur Sala tas-Saltna qrib fejn toqgħod u tara b’għajnejk xi jsir waqt il-laqgħat tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
a Espressjonijiet simili jidhru fl-1 Korintin 16:19; f’Kolossin 4:15; u f’Filemon 2.