Mur fil-kontenut

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jagħmlu Xogħol Missjunarju?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jagħmlu Xogħol Missjunarju?

 Iva. Ngħixu fejn ngħixu, bħala Xhieda taʼ Ġeħova lkoll nipprovaw ikollna attitudni, jew mentalità, missjunarja, u regolarment naqsmu t-twemmin tagħna man-nies li niltaqgħu magħhom.​—Mattew 28:19, 20.

 Barra minn dan, xi Xhieda jżuru postijiet f’pajjiżhom stess jew imorru jgħixu fihom għax għad kbir taʼ nies għadhom ma semgħux l-aħbar tajba mill-Bibbja. Xhieda oħra jmorru jgħixu f’pajjiżi barranin biex ikabbru l-ministeru tagħhom. Huma kuntenti jieħdu sehem fit-twettiq tal-profezija li qal Ġesù: “Tkunu xhieda tiegħi . . . sa l-iktar parti mbiegħda taʼ l-art.”​—Atti 1:8.

 Fl-1943, waqqafna skola li tipprovdi taħriġ speċjalizzat lil xi wħud mill-missjunarji tagħna. Minn dak iż-żmien ’l hawn, iktar minn 8,000 Xhud attendew din l-iskola, magħrufa bħala l-Iskola ta’ Gilegħad (Watchtower Bible School of Gilead).