Mur fil-kontenut

It-Tifkira tal-Mewt taʼ Ġesù

Is-Sibt, 12 t’April 2025

Darba fis-sena, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jfakkru l-mewt taʼ Ġesù bħalma kmandana nagħmlu hu meta qal: “Ibqgħu agħmlu dan biex tiftakru fija.”—Luqa 22:19.

Nistidnuk biex tiġi għal din il-laqgħa importanti.

Mistoqsijiet Komuni

Kemm iddum il-laqgħa?

Madwar siegħa.

Fejn se ssir?

Ikkuntattja lix-Xhieda taʼ Ġeħova għal iżjed dettalji.

Trid tħallas biex tidħol?

Le.

Se jkolli nagħti xi flus waqt il-laqgħa?

Le.

Kif għandek tilbes?

Għalkemm m’hemmx regoli taʼ x’għandek tilbes, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jipprovaw kemm jistgħu jobdu l-parir tal-Bibbja biex jilbsu pulit u li jġib rispett. (1 Timotju 2:9) Il-ħwejjeġ m’hemmx għalfejn ikunu jiswew il-flus jew formali.

X’jiġri waqt it-Tifkira?

Il-laqgħa tibda u tispiċċa billi nkantaw għanja, u wara, wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova jgħid talba. It-taħdita minn fuq il-Bibbja titkellem l-iktar dwar affarijiet importanti li l-mewt taʼ Ġesù għamlet possibbli u kif aħna nistgħu ngawdu dak li Alla u Kristu għamlu għalina.

Meta se ssir it-Tifkira fis-snin li ġejjin?

2025: Is-Sibt, 12 t’April

2026: Il-Ħamis, 2 t’April