Turs taʼ Betel
Nistidnuk kordjalment biex iżżur l-uffiċċji tal-fergħa, ġeneralment magħrufin bħala Betel. Xi uffiċċji għandhom ukoll esibizzjonijiet mingħajr gwida.
Tours Resumed: In many countries, we resumed tours of our branch offices on June 1, 2023. For details, contact the branch you would like to tour. Please do not visit if you test positive for COVID-19, display cold or flu-like symptoms, or have recently been exposed to someone who tested positive for COVID-19.
L-Istati Uniti tal-Amerika
F’din il-paġna
Informazzjoni għal Tur
Esibizzjonijiet
Esibizzjonijiet Mingħajr Bżonn taʼ Gwida f’Warwick
The Bible and the Divine Name (Il-Bibbja u l-Isem Divin). Din l-esibizzjoni turi Bibbji rari u kif l-isem t’Alla baqaʼ fl-Iskrittura minkejja li saru sforzi biex jitneħħa. Ukoll, l-esibizzjoni tinkludi Bibbji rari oħrajn u artefatti li għandhom x’jaqsmu mal-Bibbja.
A People for Jehovah ‘s Name (Poplu għal Isem Ġeħova). Din l-esibizzjoni fiha storja permezz taʼ stampi tal-wirt spiritwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Artefatti, tpinġija u stampi, u rakkonti personali juru kif Ġeħova ggwida, għallem, u organizza b’mod progressiv lill-poplu tiegħu biex jagħmel ir-rieda tiegħu.
World Headquarters—Faith in Action (Kwartieri Ġenerali—Fidi fl-Azzjoni). Din l-esibizzjoni interattiva tispjega x-xogħol tal-kumitati tal-Ġemgħa li Tiggverna u kif huma jgħinu lix-Xhieda taʼ Ġeħova ħalli jsegwu d-direttivi Skritturali biex jiltaqgħu flimkien, jagħmlu dixxipli, jieħdu l-ikel spiritwali, u juru mħabba lejn xulxin.
Esibizzjonijiet Mingħajr Bżonn taʼ Gwida f’Patterson
Villaġġ Bibliku tal-Ewwel Seklu. Qatt ħsibt kif kienet il-ħajja meta Ġesù kien fid-dinja? Fil-villaġġ Bibliku, int se tara kif ukoll tipparteċipa fl-attivitajiet taʼ kuljum taʼ villaġġ Bibliku tal-ewwel seklu. Din l-esibizzjoni tistaʼ tgħinek tifhem iżjed il-qari tal-Bibbja tiegħek.
Muniti tal-Ewwel Seklu Msemmijin fil-Bibbja. Din l-esibizzjoni turi għażla taʼ muniti oriġinali tal-ewwel seklu msemmijin fl-Iskrittura Griega Kristjana. Il-wirja tinkludi dettalji interessanti dwar kull munita u tispjega kif il-muniti għandhom x’jaqsmu mar-rakkonti fil-Bibbja.
“Uliedek Kollha Jkunu Persuni Mgħallmin minn Ġeħova.” Din l-esibizzjoni tagħti informazzjoni dwar l-iskejjel u l-programmi taʼ taħriġ tal-organizzazzjoni tagħna. Tgħallem kif dawn l-iskejjel għenu lil volontieri biex isiru għalliema effettivi u anzjani tal-kongregazzjoni.
Niddefendu u Nistabbilixxu Legalment l-Aħbar Tajba. Din l-esibizzjoni tgħidilna dwar stejjer kommoventi tax-Xhieda taʼ Ġeħova li ma kkompromettewx il-fidi tagħhom, anke meta ffaċċjati b’oppożizzjoni qawwija. Ara x’għamlet l-organizzazzjoni tagħna biex tistabbilixxi l-bażi legali għax-xogħol tal-ippritkar tagħna madwar id-dinja.