GĦANJA 112
Ġeħova, Alla tal-paċi
-
1. O Jah, int tħobbna ferm;
Inti wegħ’dt li ttina s-sliem.
B’hekk nitolbu għall-ispirtu
W il-frott tiegħu bla waqfien.
Ġesù li hu tant rett,
Ferm leali, jħobb is-sew,
Jgħinna ngawdu l-paċi miegħek
U inkunu ħbieb tassew.
-
2. Int tgħinna naraw ċar
Hekk kif b’Kelmtek tagħti d-dawl.
F’din id-dinja tant mudlama
Int tmexxina, fik nafdaw.
Sakemm jasal iż-żmien
Li kull għawġ jiġi fit-tmiem
Kompli bierek kull sforz tagħna
Biex inrawmu s-sliem divin.
-
3. Int ġbart lil dawk li tħobb
Kemm fis-sema wkoll fuq l-art.
Nagħtu xhieda dwar Saltnatek
U dwar Ibnek li int ħtart.
Dis-Saltna ġġib fix-xejn
Gwerer, mard, u kull inkwiet.
Il-ġwejdin jgħixu għal dejjem
F’paċi, f’ġenna b’tant barkiet.
(Ara wkoll Salm 4:8; Flp. 4:6, 7; 1 Tess. 5:23.)