Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 113

Is-sliem li għandna

Is-sliem li għandna

(Ġwanni 14:27)

  1. 1. Lil Ġeħova nfaħħru lkoll,

    Alla t’għaqda w sliem.

    Hu kull gwerra jtemm u jġib

    Paċi kullimkien.

    Prinċep tas-​sliem Kristu hu,

    Twajjeb, kalm, ħanin.

    Kif rebbieħ se joħroġ hu,

    Ngawdu sliem ġenwin.

  2. 2. Kliem li jweġġa’ warrabnieh,

    Tbegħ’dna mit-​tilwim;

    Lanez, sjuf, f’tagħmir tas-​sliem

    Dawn ġew mibdulin.

    Hemm bżonn naħfru ’l ħutna biex

    Fostna nżommu s-​sliem.

    Bħala n-​nagħ’ġ tar-​ragħ’j Ġesù

    Nħaddnu sliem dejjiem.

  3. 3. Sliem ingawdu għax minn Jah

    Ġejna imberkin.

    Għal ġid tagħna hu kull kmand,

    B’hekk nobduh qegħdin.

    B’dit-​triq aħna ngħidu n-​nies,

    Bis-​sliem, bla waqfien

    Sa ma jum is-​Saltna jġib

    Paċi kullimkien.