GĦANJA 124
Dejjem leali
-
1. Ferm leali lejn Ġeħova,
Imħabbitna rridu ntuh.
Bħala nies tant dedikati,
Kull kmand tiegħu qed nobduh.
Parir tiegħu qatt ma jfalli,
Kulma jgħid ikun eżatt.
Hu leali; nafdaw lilu.
Ma nitbiegħdu minnu qatt.
-
2. M’għeżież ħutna lkoll leali,
Fi żmien t’għawġ żgur magħqudin.
Nafdaw dejjem u ħsieb nieħdu,
Fil-kliem u fl-għemil twajbin.
Unur dejjem nagħtu ’l ħutna,
U mill-qalb nirrispettaw.
Ferm uniti u leali;
Lilhom qatt nabbandunaw.
-
3. Meta ħutna imexxuna
Dejjem nuru lealtà.
Hekk kif lilna jidderieġu,
Mill-qalb nobdu, b’fedeltà.
B’hekk il-barka taʼ Ġeħova
Saħħa lkoll tagħtina żgur.
Jekk leali dejjem nibqgħu,
T’Alla jkollna il-favur.
(Ara wkoll Salm 149:1; 1 Tim. 2:8; Ebr. 13:17.)