GĦANJA 125
“Henjin dawk li jħennu!”
-
1. Ġeħova jħobb iħenn bil-kbir,
Dan mhux bilfors imm’għax irid.
Fil-bżonn hu jgħinna minnufih,
Kull att bħal dan jitgħaxxaq bih.
Hu jisma’ t-talb taʼ dawk nedmin
Għax Alla tagħna tant ħanin.
Jiftakar li ġejjin mit-trab,
Hu ġust u twajjeb maʼ kulħadd.
-
2. Jekk dnibna w konna imnikktin
U l-maħfra tlabna bla waqfien,
Ġesù l-Mulej uriena t-triq
Kif niksbu l-maħfra tal-Ħallieq.
“Jekk trid il-maħfra tal-Missier,
Trid taħfer int stess b’mod sinċier.
Iżżommx ġo qalbek, kun ħanin,
U l-paċi tħoss ġo fik f’kull ħin.”
-
3. Għotjiet taʼ ħniena nagħtu lkoll
U sagrifiċċji nagħmlu wkoll.
U qatt ma nistennew tifħir,
Il-ferħ f’li nagħtu huwa kbir.
Imbagħ’d Ġeħova jippremjak,
Għax jara kollox—dan hu fatt.
Kull min iħenn, bil-ferħ se jtir,
Sabiħ f’għajnejn Ġeħova jsir.
(Ara wkoll Mt. 6:2-4, 12-14.)