Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦANJA 31

O imxi m’Alla!

O imxi m’Alla!

(Mikea 6:8)

  1. 1. O imxi m’Alla b’umiltà,

    Bi mħabba, bʼsinċerità.

    Bil-​qawwa li għandu jibqaʼ jsostnik

    Jekk lilu inti tafda.

    Żomm sod maʼ Kliemu, titbiegħed qatt,

    Kun dejjem medhi fih.

    Minn idek se jmexxik kuljum

    Jekk tisimgħu u tobdih.

  2. 2. O imxi m’Alla b’mod qaddis

    U qis dak li huwa pur.

    Is-​sabar jagħtik sabiex tibqaʼ sod

    F’kull prova jgħinek hu żgur.

    Fuq kulm’hu veru, dak li hu ġust,

    Fuq kulma jġib tifħir,

    Immedita fuq dawn kuljum,

    U jkun miegħek l-​Alla l-​kbir.

  3. 3. O imxi m’Alla b’ferħ tant kbir,

    Int grat għax miegħek ħabib.

    Apprezza l-​għotjiet u l-​bosta barkiet

    Li jtik—kemm jieħu ħsiebek!

    O imxi m’Alla, kun hieni wkoll,

    Għannilu int b’tifħir.

    Kulħadd b’hekk jara l’int ferħan

    U li int tal-​Alla l-​kbir.